Lokali
Id-Divina Commedia fost il-kunċerti waqt il-festival tal-mużika barokka

Il-festival tal-mużika barokka jiġi fi tmiemu bl-aħħar erba’ kunċerti meta is-separju jinżel wara sensiela ta’ kunċerti li wasslu lill-udjenzi Maltin u barranin uħud mill-isbaħ elementi mill-epoka tal-mużika barokka. Il-kunċert Nel Mezzo del Cammin di Nostra Vita jitratta l-vjaġġ tad-Divina Commedia tad-drammaturgu leġġendarju Dante Aligheri minn perspettiva unika.

Il-kunċert fil-Palazz Verdala huwa ibbażat fuq vjaġġ mużikali li jieħu lill-udjenzi lejn it-tliet dinijiet li qed jistennewna wara l-ħajja mortali f’avventura ispirata mid-deskrizzjonijiet vivaċi ta’ Alghieri waqt id-Divina Commedia.

Anki l-figura leġġendarja u storika ta’ Gaius Julius Ceaser se jkun taħt il-lenti mużikali hekk kif il-kontrotenur Raffaele Pe’ jingħaqad mal-ensemble mużikali tiegħu, La Lira di Orfeo, li jwasslu l-karratteristiċi tal-personalità tal-ġeneral li ma kien magħruf fost oħrajn għall-atti erojċi tiegħu. Il-kunċert Giulio Cesare, A Baroque Hero se jsir nhar il-Ġimgħa fit-Teatru Manoel.

Il-kunċert La Belle Danse fil-mużew tal-arkeoloġija mtella’ mill-Valletta Baroque Ensamble u ż-żeffiena tal-Moveo Dance Company li jesplora r-repertorju rikk u s-sinerġija bejn il-melodiji Franċiżi u Taljani. L-udjenzi se jkunu jistgħu jammiraw l-kollaborazzjoni bejn il-mużika u ż-żfin imsejsa fuq armonija perfetta.

Il-kunċert li jniżżel is-siparju fuq il-festival tal-mużika barokka huwa l-Bel Canto di Napoli fit-teatru Manoel, b’għażla ta’ xogħlijiet mużikali li nkitbu waqt l-era dehebija ta’ Napli b’sensiela ta’ arias miktuba mill-kompożituri Vivaldi, Porpora, Pergolesi, Hasse, Handel u kompożituri oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Alistair Degiorgio, li għandu l-kundizzjoni tad-dwarfism, esprima ma’ TVM il-weġgħa li ħass meta ra l-filmat tat-tifel Awstraljan Quaden, li għandu l-istess kundizzjoni bħalu u li kien qed jibki għax qed…

Knisja Maltija

Il-Knisja f’Malta llum tiċċelebra l-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani. Il-ġurnata tal-festa kienet intgħażlet mill-Papa Ġwanni Pawlu II meta bbeatifika l-ewwel tliet Maltin f’ċerimonja fuq il-Fosos tal-Floriana f’Mejju tas-sena 2001. Il-ġurnata…

Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Aktar