Eurovision
Id-diżabilità ma xxekkilhomx milli jkantaw fil-Eurovision

Grupp ta’ 8 mużiċisti b’diżabilità llejla se jitilgħu fuq il-palk tal-Eurovision.  The Shalva Band se jkunu qed ikantaw A Million Dreams waqt l-intervall tat-tieni semifinali.

Huma grupp ta’ ispirazzjoni tant li ġew mistiedna jieħdu sehem f’diversi avvenimenti importanti u quddiem dinjitarji.  Shalva hija l-Assoċjazzjoni Iżraeljana għall-Kura u l-Inklużjoni tal-Persuni b’Diżabilità u l-band hija waħda mill-iktar programm ta’ inklużjoni li qatt kiseb suċċess.

Huma se jkunu qed jagħtu wirja u żgur li se jiġbdu s-simpatija tal-udjenza fl-arena ta’ Tel Aviv u tat-telespettaturi li se jkunu qed isegwu t-trażmissjoni tal-lejla.   The Shalva Band ħadu sehem f’The Rising Star u rtiraw mill-konkors qabel il-finali.  Iżda sadanittant laħqu kisbu popolarità kbira f’Iżrael u kienu favoriti li jirbħu.

Il-ħolma tagħhom li jieħdu sehem fil-Eurovision illejla se ssir realtà iżda bħala parteċipanti mistiedna mhux bħala kompetituri.  Bil-wirja tagħhom, se jkomplu jgħaddu messaġġ ta’ inklużjoni u iktar tolleranza fil-konfront tal-persuni b’diżabilità.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Arabja Sawdija wkoll qed takkuża lill-Iran għall-attakki li saru fuq it-tankers taż-żejt f’rotta li tagħti għall-Golf ta’ Oman. Il-Prinċep Sawdi, Mohammed bin Salman qal li pajjiżu mhux se joqgħod jaħsibha…

Barranin

F’għeluq ix-xahrejn min-nirien fil-katidral ikoniku tan-Notre Dame f’Pariġi, illejla ġiet iċċelebrata quddiesa għal udjenza limitata li għaliha ttieħdu wkoll għadd ta’ prekawzjonijiet ta’ sigurtà. Fil-Katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi ċċelebrata…

Barranin

Tħabbret il-mewt tad-Direttur tal-films Taljan, Franco Zeffirelli. Zeffirelli miet fl-età ta’ 96 sena fir-residenza tiegħu f’Ruma, wara li ħakmitu marda. Huwa kien magħruf għal bosta produzzjonijiet fosthom l-aktar wieħed ċelebri,  dak…

Barranin

Adélio Bispo de Oliveira, li ġie mixli li nifed lill-President Brażiljan, inħeles mill-arrest wara li l-Qorti sabet li ma kienx konxju ta’ għemilu. Il-Qorti qalet li l-liġi Brażiljana ma tistax…

Aktar