Kronaka
Id-Djoċesi t’Għawdex bi stqarrija fid-dawl ta’ żewġ qassisin akkużati bi stupru ta’ tifel

Fid-dawl tal-aħbarijiet li dehru fil-midja lokali, id-Djoċesi ta’ Għawdex qalet li turi solidarjetà ma’ dawk kollha li qegħdin ibatu.

Fi stqarrija, id-Djoċesi t’Għawdex qalet li filwaqt li tistenna li l-Qorti tieħu l-kors tagħha biex tinstab il-verità, il-Knisja ttenni r-rieda u l-impenn sħiħ tagħha biex ħadd ma jkun vittma ta’ abbużi sesswali, fiżiċi jew morali.

Tħeġġeġ lil dawk li ġarrbu xi abbuż biex jirrappurtaw lill-pulizija u biex, jekk l-abbuż sar minn persuni marbuta mal-Knisja, jikkuntattjaw ukoll lill-Kummissjoni tas-Safeguarding taż-żewġ djoċesijiet fuq [email protected] Fir-rispett lejn il-verità, il-Knisja qalet li tfakkar li ħadd ma jitqies ħati qabel ma jkun hemm sentenza definittiva tal-Qorti.

Ara wkoll:

Jitressqu l-Qorti ż-żewġ qassisin akkużati bi stupru ta’ tifel