Lokali
Id-DOI għandu jibża’ għall-imparzjalità politika tiegħu – il-Kummissarju Hyzler

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler ikkunsidra lment li rċieva mill-avukat Andrew Borg Cardona dwar stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) f’isem il-Ministru Konrad Mizzi fi Frar li għadda li fiha ħabbar li rtira l-libelli li kien għamel dwar allegazzjonijiet kontrih dwar ħasil ta’ flus, billi qal li dawn l-allegazzjonijiet kienu diġà ġew iddikjarati bla bażi mill-qrati.

Il-Kummissarju sostna li din l-istqarrija kienet fuq materja personali u kienet miktub b’ton partiġġjan billi akkużat lill-membri tal-Oppożizzjoni li nisġu xibka ta’ qerq u tefgħu t-tajn kontrih. Il-Kummissarju qal li lingwaġġ bħal dan mhux xieraq li jintuża fi stqarrijiet uffiċjali maħruġa mid-DOI.

Il-Kummissarju qal li huwa rrikonoxxa li l-Ministru Mizzi seta’ ġie żvijat minħabba n-nuqqas ta’ policy dwar dan. Il-Kummissarju kkonkluda li r-rimedju xieraq hu li l-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjali tiegħu biex ikunu aktar sensittivi fid-distinzjoni bejn materji uffiċjali u materji privati jew partiġġjani, u biex fil-futur ma jużawx id-DOI għal materji privati u partiġġjani. Qal li l-Ministru Mizzi aċċetta li għandu jieħu din l-azzjoni u għalhekk il-każ ingħalaq.

Dr Hyzler żied jgħid li d-DOI għandu “jibża’ għall-imparzjalità politika tiegħu”, u li għandha tiġi adottata policy dwar l-istqarrijiet minn ministeri jew possibilment policy usa’ dwar ir-rwol tad-DOI fid-dinja tal-media.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar…

Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Aktar