Lokali
Id-drittijiet tal-bniedem u l-kostituzzjoni huma l-pilastri tad-demokrazija – il-President

Il-President Marie Louise Coliero Preca fid-diskors tagħha f’Jum ir-Repubblika qabel iċ-ċeremonja tal-Investitura fissret ir-riflessjonijiet tagħha dwar kif is-70 anniversarju tad-dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-bniedem tinkwadra fil-valur li għandu jnebbaħ ir-Repubblika. Stqarret li din id-dikjarazzjoni tirrapreżenta l-pilastri tad-demokrazija u l-għeruq ewlenin tal-kostituzzjoni Repubblikana. Il-President żiedet tgħid li id-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem u l-kostituzzjoni għandhom jibqgħu is-sinsla ta’ kif għandha ngħixu flimkien u inġibu ruħna ma’ xulxin.

F’dan il-kuntest semmiet ir-rispett sħiħ u mingħajr tnikkir tal-barranin, inkluż l-immigranti. Il-President saħqet li l-ħarsien tad-drittijiet umani iseħħ meta d-demokrazija tkun waħda sħiħa li tiżgura aċċess ekwu għal dak kollu li jagħtina d-dinjità. Qalet li huwa ta’ konfront li mexxejja Maltin qed jindirizzaw l-inugwaljanzi soċjali. Qalet li dan isaħħahħ id-demokrazija u r-Repubblika.

Il-President elenkat għaxar sitwazzjonijiet, fosthom tfal li jitilqu mill-iskola mingħajr ħiliet, ix-xogħol prekarju, l-istennija għall-ġustizzja, l-akkomodazzjoni soċjali, l-faqar, in-nuqqas ta’ rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament, u l-klijenteliżmu bhala li jimminaw il-harsien tad-dinjità umana. Wissiet li l-ekonomija ma tista’ qatt tiċċelebra id-dinjità umana jekk jkun hemm min jibqa’ fil-perfierija tas-soċjetà. Qalet li f’dan il-kuntest pajjiżna bena xibka soċjali li żammet eluf ta Maltin il-bogħod mill-faqar. Hi ħeġġet biex fi kliemha f’daż-żmien ta’ tkabbir ekonomiku eċċezzjonali u bla preċedent, tkompli tissaħħaħ is-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali.

Waqt li tkellmet dwar il-partiti popolisti li qed jissaħħu fl-Ewropa, il-President Coleiro Preca stqarret li mhux aċċettabli li wieħed minn kull erbgħa fl-Ewropa qed jgħix fil-faqar minħabba dah li sejħet Ewropa soċjali li qed issir dejjem aktar Ewropa ekonomika. Dwar ir-riforma kostituzzjonali, il-President assigurat li kull min jixtieq ser ikun involut f’dal-proċess demokratiku u qalet li dan għandu jkun eżerċizzju li jsaħħaħ id-demokrazija f’Malta.

Il-President tkellmet dwar temi oħra, fosthom l-effetti tal-innovazzjoni teknoloġika u twaqqif tal-istrutturi tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-ħajja pubblika. Għal darb’ oħra, il-President Coleiro Preca tkellmet kontra l-abbuż tad-dritt tal-espressjoni u t-tixrid tal-aħbarijiet foloz fuq il-midja soċjali, u appellat lil kull min huwa fil-ħajja pubblika biex ikun rispettuż fil-mod kif iwassal fehmtu. Hija ħeġġet ukoll li membri tal-professjoni tal-midja biex isaħħu s-servizzi tagħhom billi jsaħħu l-etika u jikkumbattu s-sensazzjonaliżmu, nofs veritajiet u l-gideb.

Il-President, waqt li kompliet tisħaq fuq il-ġustizzja soċjali, irriflettiet ukoll dwar ħtiġijiet ta’ faxex oħra fis-soċjetà, fosthom it-tfal u ż-żgħażagħ, l-anzjani u l-edukaturi fost oħrjan. Fi tmiem id-diskors tagħha, qalet li kien unur u privileġġ li sservi bħala President bi qbil bejn Gvern u Oppożizzjoni u żiedet tgħid li ħadet din l-okkażjoni tal-aħħar diskors tagħha bħala President f’Jum ir-Repubblika biex taqsam mal-poplu dak li l-kuxjenza tagħha tniggiża dwaru.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar