Lokali
Id-droga, inkluż il-kannabis m’għandhiex tiġi ppreżentata li tista’ tittieħed għall-pjaċir – Julia Farrugia Portelli

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli tistqarr li jkun żball jekk il-kannabis tiġi ppreżentata bħala sustanza li tista’ tintuża għal skop rikreattiv. Waqt il-programm Ras imb ras hija spjegat x’se jagħmel il-Gvern fil-ġimgħat li ġejjin biex juri lit-tfal sa minn età żgħira l-konsegwenzi tat-teħid tad-droga. Farrugia Portelli ħabbret ukoll li l-kumitat tekniku dwar il-bilanċ fil-ġeneru fil-parlament se jiltaqa’ għall-ewwel darba lejn tmiem Settembru bil-ħsieb li l-bidliet fil-liġi jidħlu fis-seħħ fil-leġislatura li jmiss.

Ħsibijiet is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli dwar il-wegħda elettorali fuq il-legalizzazzjoni tal-kannabis għal skop rikreattiv huma ċari.

“Jien ma naqbilx mal-kelma kannabis rikreattiva, kien żball fl-opinjoni tiegħi fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista li sejħilha hekk, ma naqbilx magħha.”

Għal aktar minn darba, waqt il-programm Ras imb ras, hija sostniet li d-droga, inkluż il-kannabis – m’għandha qatt tiġi ppreżentata bħala sustanza li ma tagħmilx ħsara u li tista’ tittieħed għall-pjaċir.

“The minute li aħna naqbdu dik it-triq inkunu qed nitilfu l-argument tal-ġlieda kontra d-droga u nitilfu l-argument li t-tfal tagħna jkunu achievers.”

Huwa għalhekk li ssir enfasi akbar ma’ tfal fl-iskejjel dwar il-ħsara li tagħmel kull tip ta’ droga.

“Imbagħad inħarsu lejha minn harm reduction approach se ngħidu li iva hija ta’ periklu li tieħu d-droga però jekk int adult u trid xorta tagħmel dik l-għażla minflok tibqa’ tmur għand it-traffikant u jgħidlek illum m’għandix kannabis, ipprova din, hija kannabis ukoll imma tkun sintetika. Rajna każijiet ta’ nies li jidhħu sptar Monte Karmeli għax missew ma’ kannabis sintetika. Il-ħsara li sir hija kbira”.

Dwar ir-rappreżentanza aktar bilanċjata fil-Parlament, l-affarijiet mixjin ġmielhom. Wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni nnomina żewġ rappreżentanti fil-kumitat tekniku, dan se jiltaqa’ għall-ewwel darba aktar tard dan ix-xahar biex jagħrbel il-proposti li saru.

“Qed ngħidu li din se ssir mill-elezzjoni li jmiss, mhux se tbiddel xejn għalissa, f’din il-legislatura ma jinbidel xejn.” Spjegat li “fil-mument irridu nbiddlu numru ta’ affarijiet. M’għandniex nistennew elezzjoni li ġejja biex inbiddlu u ntejbu kif naħdmu fil-Parlament.”

Dwar it-traffikar tal-bnedmin, is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli ħabbret li l-Gvern se jwaqqaf taqsima ta’ infurzar biex tittieħed azzjoni kontra kumpaniji li jħaddmu persuni b’mod irregolari jew ma jonorawx il-liġi tax-xogħol. Qalet li permezz ta’ Identity Malta, il-ħaddiema barranin se jkunu mgħarrfa bid-drittijiet tagħhom, u stqarret li l-kumpaniji li jabbużaw jrid iwieġeb u jiffaċċja l-konsegwenzi.

Ras imb ras jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fis-7pm. Mit-30 ta’ Settembru, il-programm se jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.30pm.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żona li fiha daqs seba’ grawnds tal-futbol, li minn wied naturali nbidlet f’miżbla, qed tingħata wiċċ ġdid biex minflok tibqa’ ġerħa fin-naħa t’isfel ta’ Malta, issir attrazzjoni. Sa wieħed u…

Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar