Barranin
Id-droga tieħu post il-fjuri fis-serer

Fi Sqallija, il-Pulizija għamlet sejba kbira tal-kannabis.

F’dik li qed tissejjaħ f’waħda mill-akbar qabdiet tal-kannabis fil-gżira, il-Pulizija qabdet 2,600 kilo tal-kannabis.

Il-pjanti tal-kannabis instabu taħt 11-il serra ta’ 35 metru l-waħda f’art agrikola qrib ir-raħal ta’ Licata,fin-Nofsinhar ta’ Sqallija.

F’art oħra tal-istess sid instabu 46.5 kilos tal-kannabis qed jinxfu f’binja żgħira.