Stejjer Umani
“Id-droga u l-logħob kienu monstri f’ħajti”

Id-droga kienet qed toqtlu u l-logħob kien qed ibattallu l-but. Raġel li rrakkonta l-esperjenzi ta’ ħajtu ma’ Television Malta, jiddeskrivi d-droga u l-logħob bħala monstri. Jgħid li t-triq biex ħareġ minn dawn il-vizzji kienet twila, għalkemm jistqarr li t-tentazzjoni tibqa’ hemm u ta’ kuljum jikkumbatti biex ma jirbħulux ħajtu. Jagħraf li spalla importanti f’ħajtu kienu s-servizzi tal-Caritas.

“Tibda mill-ħaxixa jgħidulek li mhi xejn imma fil-verità hija…”

Miss għall-ewwel darba mad-droga meta kellu erbatax-il sena biex fi kliemu jegħleb il-mistħija u jkompli ma’ sħabu. Maż-żmien . . . meta ma sabx il-ħaxixa beda jesperimenta bi drogi oħrajn bħall-erojina.

“Missejt ma kollox kull tip ta’ droga jiġifieri pirmli, ecstasy, cocaine, kollux ux kull ma’ jiġi, sa nfaqqa’ kollox kont.”

Ir-raġel spjega kemm il-ħaxixa affetwattu ħażin psikoloġikament, tant li ġie rikoverat fl-isptar Monte Carmeli.

“B’kollox għamilt xi tliet snin u nofs dieħel u ħiereġ imma jiġifieri daqqa tliet xhur daqqa sitt xhur.”

Jgħid li d-droga bħal donnu kienet ħadet kontroll ta’ ħajtu. Qal li kien miss il-qiegħ u pprova jneħħi ħajtu b’idejh diversi drabi.

Stqarr li sforz l-insistenza ta’ ommu fitttex l-għajnuna tal-Caritas.

“Titgħallem tistenna, tirraġuna miegħek innifsek u taħseb qabel ma taġixxi u ma taqbadx li jiġi.”

Qal li l-programm tal-Caritas biddilu ħajtu kompletament għalkemm stqarr li wara għoxrin sena b’ħajtu mad-droga ma kienx faċli jaqtagħha. Issa ilu għaxar snin ma jmiss id-droga.

“Illum il-ġurnata bqajt in touch magħhom imur ħafna hemmhekk u qisek bħal meta karozza daħaltha għas-servizz tieħu l-fuel u toħroġ ġdid minn hemmhekk anke nkun naqra ħażin jew hekk ngħid ħa nitla’ sa San Blas nara lil sħabi, inkellimhom u hekk.”

Id-droga ma kienetx l-uniku problema li kkumbatta bil-għajnuna tal-Caritas. Permezz tal-Gambling Anonymous rnexxielu jieqaf jilgħab. Kulma kien jaqla’ fix-xahar kien jonfqu fil-logħob. Aktar ma jaħdem – aktar jilgħab.

“Kulma jiġi kont nilgħabu hux m’għandix kwiet.”

Issa ilu sena ma jilgħab . . . iżda jistqarr li mhux faċli jżomm bogħod mil-logħob.

“Il-monstru hemm ikun qiegħed għax inti meta jkollok addiction imbagħad mhux faċli għax kollox iqanqallek jekk tara xi outlet ħa tħares imma nipprova ma niffidjax il-monstru jiġifieri ndawwar wiċċi u ma noqgħodx naħseb.”

Sebgħin fil-mija tal-ħidma tal-Caritas hija mal-persuni li jkollhom problema mid-droga. Il-Caritas toffri wkoll diversi servizzi soċjali mill-Uffiċċju Ewlieni tagħha fil-Floriana u għandha numru ta’ gruppi ta’ appoġġ bħalma hu dak għall-persuni li għandom problema ta’ logħob li hu mmexxi mill-voluntiera.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar