Lokali
Id-duħħan tal-Etna jasal Għawdex

Ritratt li qed jiċċirkola fuq il-media soċjali juri kif il-vulkan l-Etna jidher idaħħan mill-gżira t’Għawdex.

Il-fotografu Daniel Cilia kkummenta fuq il-paġna ta’ Facebook ‘It-Temp Madwarna’ li l-ġimgħa li għaddiet kien diġà pprova jieħu dan ir-ritratt pittoresk, iżda kien f’nhar il-Milied li r-ritratt ħareġ iktar ċar.

Daniel ġibed ir-ritratt mill-Belt Victoria f’Għawdex u juri l-għolja tal-Merżuq fil-limiti ta’ Marsalforn bil-muntanja Etna fi Sqallija ddaħħan fl-isfond.

 

Kull min jixtieq jibgħatilna ritratti jew filmati ta’ din ix-xorta jew ta’ sitwazzjonijiet oħra li tkunu tridu tesponuhom għall-attenzjoni tal-pubbliku, tistgħu tibgħatuhom fuq [email protected]