Lokali
Id-Dwana b’qabda rekord ta’ oġġetti bil-kuntrabandu

Is-sena l-oħra, id-dħul għall-Gvern iġġenerat mid-Dipartiment tad-Dwana qabeż l-€447 miljun. Iżda apparti ż-żieda fl-introjtu mit-taxxi fuq l-oġġetti impurtati, is-sena li għaddiet kienet storika għad-Dwana li qabdet numru rekord ta’ oġġetti li kienu deħlin bil-kutrabandu fosthom droga u prodotti foloz.

Id-Dipartiment tad-Dwana huwa wieħed mill-aktar dipartimenti importanti għall-kaxxa ta’ Malta. Ċifri miksuba minn Television Malta juru li s-sena l-oħra d-dwana ġabret għall-Gvern aktar minn €447 miljun, l-aktar mit-taxxa tas-Sisa u tal-Vat kif ukoll mid-dazju fuq l-oġġetti impurtati. Iż-żieda fl-attività ekonomika fil-pajjiż irrendiet lid-Dwana żieda ta’ €20 miljun aktar mill-2017.

Is-sena l-oħra d-Dwana qabdet diversi oġġetti li daħlu Malta bil-kutrabandu li fuqhom ma tkunx tħalset it-taxxa dovuta li tista tkun dazju, sisa u vat. F’każi bħal dawn jittieħdu passi kemm amminsitrattivi kif ukoll legali. L-oġġetti li jinqabdu mid-Dwana għax ikunu daħlu bil-kutrabandu eventwalment jiġu irkantati mid-dwana li tara li fil-prezz jinġabru wkoll it-taxxi dovuti għall-Gvern kif spjega David Brydon – l-uffiċjal inkarigat mill-irkantijiet tad-Dwana.

David qal “l-aktar oġġetti rkantati dan l-aħħar żmien huma l-prodotti alkoħoliċi – xorb alkoħoliku, inbejjed. Dawn huma l-iktar affarjiet li jinqabdu – ovvja, għax huma fost l-aktar li għandhom taxxi fuqhom u allura min irid jagħmel xi ħaga jittarġitja dawn l-affarjiet.”

George Agius, manager fid-Dipartiment tad-Dwana, qal li d-Dwana ma tirkantax il-prodotti li taqbad li jirriżulta li huma foloz li ħafna drabi fuqhom ikun hemm proċeduri legali. Qal li is-sena l-oħra nqabdu 44 miljun prodott b’marki foloz.

George Agius qal “naqbdu affarjiet li ma nkunux nistgħu nirkantaw b’mod speċjali oġġetti foloz peress li r-rappreżentat legali tad-ditta li tkun involuta, jittieħdu passi fil-Qorti Ċivili u dejjem insegwu u jigi ordnat li jigi distrutt kollox.”

Is-Sur Agius spjega li ħafna minn dawn il-prodotti ma jkunux għas-suq lokali iżda jieqfu fil-Port Ħieles fi triqthom lejn pajjiżi oħra.

George Agius qal “aħna ninsabu f’nofs il-Mediterran qrib ħafna tal-kontinent Afrikan li huwa popolari ħafna ma’ dawk li jridu jbigħu kontrafazzjoni – voldieri hemmhekk il-qabdiet il-kbar.” Is-Sur Agius qal li meta tinstab id-droga, din tinqered b’ordni tal-Qorti.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…

Saħħa

Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…

Lokali

Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…

Aktar