Lokali
Id-Dwana ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità bi skwadra ta’ klieb

Id-Dipartiment tad-Dwana saħħaħ idejh fil-ġlied kontra l-illegalitajiet u l-kriminalità organizzata u għall-ewwel darba rama ruħu bi skwadra ta’ klieb imħarrġa għall-ispezzjonijiet tad-dwana.

TVM żar sessjoni ta’ taħriġ li qed jingħataw il-klieb fit-tfixxijiet li jsiru għad-droga, tabakk u flus fost oħrajn.

Id-Dipartiment tad-Dwana se jkompli jssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, speċjalment fit-traffikar ta’ droga, il-ħasil tal-flus u l-kuntrabandu ta’ tabakk. Għall-ewwel darba d-Dwana għandha uffiċjali bi klieb imħarġa għall-ispezzjonijiet li jagħmlu fost oħrajn fil-port u fl-ajruport.

L-ispettur tad-dwana Kevin Francica spjega lil TVM li bil-klieb imħarġa, id-Dwana ser tkun armata aħjar biex taqdi l-missjoni tagħha.

Kevin Francica qal “il-Customs Canine Unit se jservi biex jinstabu b’mod effettiv u effiċjenti ċertu prijoritajiet tagħna fosthom il-flus mhux iddikkjarati li jiġu min attivitajiet illegali, id-droga u anke s-sigaretti u t-tabakk.”

Hilary Fenech, l-uffiċjal tad-Dwana responsabbli mit-taħriġ tal-klieb, qal lil TVM li l-ewwel tmient iklieb tar-razza labrador, springer spaniel u cocker spaniel qed jiffurmaw l-Canine Unit, bil-ħsieb li sal-2022 jiġu rekluti żewġt iklieb kull sena, biex id-dwana ikollha skwadra b’14-il kelb biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet tagħha.

Hilary Fenech spjega li “it-tmient iklieb kollha jfittxu t-tabakk. Erbgħa minnhom ifittxu d-droga u t-tabakk u erbgħa minnhom ifittxu l-cash u t-tabakk.”

Bħala parti mit-taħriġ, il-klieb qed jittieħdu f’postijiet li huma relatati mal-ħidma tad-Dwana, fosthom fit-taqsima tal-pakketti jaslu bil-posta. Meta l-kelb ixomm id-droga jew flus f’ammonti kbar, il-kelb jagħti sinjal billi jpoġġi bilqiegħda u jħares lejn id-dog handler tiegħu.

Is-Sur Fenech qal li t-taħriġ ta’ dawn il-klieb beda f’April illi għadda minn uffiċjali tad-Dwana Ingliża speċjalizzati fit-taħriġ taghhom. Qal iżda li l-progress huwa wieħed sinifikanti, bil-klieb u l-handlers tagħhom diġà draw lil xulxin.

Hilary Fenech qal “il-klieb ġibniehom mill-Ingilterra u għalhekk sakemm adattaw ruħhom mal-ambjent ta’ Malta, dan huwa l-ewwel sajf u għalhekk kienet ftit diffiċli għalihom. Imbagħad il-handler flimkien mal-kelb jibdew l-ewwel fażi ta’ 8 ġimgħat u nevalwaw il-handler kemm hu tajjeb u wara nevalwaw il-kelb”.

Il-proċess għat-twaqqif tal-Canine Unit fi ħdan id-Dwana beda fl-2016 u saru kuntatti ma’ servizzi oħra tad-Dwana li diġà għandhom l-iskwadri tal-klieb. Il-pass li jmiss huwa li sa tmiem is-sena d-dieħla, f’Ħal Far, jitlesta l-kumpless il-ġdid għal klieb tad-Dwana. Għalissa l-klieb qed jinżammu fil-kennels privati tal-kuntrattur li rebaħ il-kuntratt.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fiż-Żejtun, il-Pulizija mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga, bl-assistenza tal-RIU, sabu 5 blokok allegatament tar-raża tal-kannabis. Żewġt irġiel, wieħed ta’ 39 sena residenti Raħal Ġdid u ieħor ta’ 56 sena minn Marsaskala,…

Statistika

Iż-żieda fil-ħaddiema barranin f’Malta qed tirrifletti ruħha fl-ammonti ta’ flus li jintbagħtu f’pajjiżhom. Ċifri tal-Eurostat juru li s-sena l-oħra, l-ħaddiema barranin f’Malta bagħtu €61 miljun f’pajjiżhom. Fl-istess waqt, il-ħaddiema Maltin…

Lokali

Ilu jperper fuq il-bandiera Maltija iktar minn 70 sena. Għal uħud huwa simbolu li jagħmilhom kburin. Għal oħrajn ma jfisser xejn u għandu jitneħħa. Dan huwa l-George Cross li matul…

Politika

Il-Partit Demokratiku ħabbar it-tieni kandidat għall-elezzjonijiet tal-2019 tal-Parlament Ewropew. Dan huwa Martin Cauchi Inglott, li attwalment qed iservi bħala Segretarju Ġenerali tal-PD, wara li ġie appuntat f’din il-kariga x-xahar li għadda….

Aktar