Kronaka
Id-Dwana taqbad €17,400 fi flus foloz li ġew miċ-Ċina

Uffiċjali tad-Dwana fil-Maltapost qabdu total ta’ €17,410 f’kontanti foloz li kienu f’pakkett li wasal miċ-Ċina.

Il-konsenja kien fiha 103 karti foloz tal-€20, 102 karti foloz tal-€100 u 103 karti foloz tal-€50.

Fi stqarrija d-Dipartiment tad-Dwana qal li din hija t-tieni qabda tax-xorta tagħha flaħħar erba’ ġimgħat.

Intant, fil-qabda tal-11 ta’ Marzu kien hemm 102 flus foloz tal-€50, 102 oħra tal-€100, u 103 tal-€500, li flimkien laħħqu €66,800.

Qal li l-karti kienu jidhru awtentiċi ħafna, u ġew mgħoddija lill-Pulizija mit-taqsima tar-reati ekonomiċi għal iktar investigazzjoni. Bil-qabdiet ġie infurmat ukoll il-Bank Ċenrali ta Malta.