Lokali
Id-Dwana taqbad mal-225 miljun pillola Tramadol f’medda ta’ 3 snin

Operazzjoni msejħa Peacock Pills rat id-Dwana Maltija tieħu sehem f’ħidma mifruxa fuq tliet snin bejn l-2015 u l-2018 u li fiha ġew sekwestrati mal-1,200 miljun pillola. Il-pilloli sekwestrati minn dwani madwar id-dinja huma tat-tip Tramadol, li għalkemm jingħataw f’dożi żgħar, l-ammonti li nqabdu juru li kienu destinati biex jintużaw minn suldati u ġellieda biex jistimulaw l-effett psikoloġiku tagħhom.

B’kollox id-Dwana Maltija qabdet 225 miljun pillola Tramadol mill-ammont totali sekwestrat fl-operazzjoni Peacock Pills.