Kronaka
Id-Dwana taqbad mara li ppruvat issiefer b’€29,000 f’kontanti

Uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-ajruport qabdu mad-€19,000 fi flus mhux iddikjarati waqt kontrolli ta’ rutina fis-sala tat-tluq.

Passiġġiera Maltija li kienet se taqbad titjira lejn Istanbul ġiet mistoqsija jekk jekk kellhiex flus x’tiddikjara, u hija wieġbet li għandha €26,000. Meta saret tfittxija fl-effetti personali tagħha nstabu €3,200 oħra.

Hekk kif titlob il-liġi, €10,000 minnhom ingħataw lura lill-mara, peress li dan huwa l-limitu ta’ flus kontanti li wieħed jista’ jġorr f’dawn iċ-ċirkostanzi.

Il-mara mistennija titressaq il-Qorti talli ma ddikjaratx flusha kollha.