Lokali
Id-Dwana tikkonfiska aktar minn €1 miljun

Fl-aħħar għaxar xhur, l-uffiċjali tad-Dwana kkonfiskaw €1,052,436. Dan wara li ħadmu fuq 48 każ ta’ ħasil ta’ flus.

Fi stqarrija, id-Dwana spjegat li f’Novembru li għadda waqqfet tim biex jaħdem fuq każijiet ta’ ħasil ta’ flus.

It-tim huwa magħmul minn disa’ uffiċjali li huma speċjallizati fil-qasam tal-investigazzjoni dwar il-moviment ta’ flus mhux iddikjarati.

Temmet tgħid li dan ir-riżultat seħħ ukoll bis-saħħa tar-relazzjonijiet tajba li dan it-tim għandu mal-awtoritajiet lokali kif ukoll internazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Kronaka

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja. L-anzjan intlataq minn vettura ta’ tip…

Aktar