Lokali
Id-Dwana tikkontribwixxi b’€427 miljun fil-kaxxa ta’ Malta

L-2017 kienet sena impenjattiva għad-Dwana Maltija, liema sena ħalliet il-frott tagħha fid-dħul.

Matul is-sena li għaddiet id-Dwana kkontribwiet lill-kaxxa ta’ Malta €427 miljun, żieda ta’ €27 miljun meta mqabbel mal-2016.

Fi stqarrija hija spjegat li d-dħul primarju kien minn dazju fuq l-importazzjoni u s-SISA, fejn kien hemm żieda ta’ €27 miljun. Kien hemm żieda wkoll fit-taxxa fuq il-bunkering, dħul minn multi u rkant ta’ oġġetti maqbuda.

Stqarret li ż-żieda seħħet minkejja li kien hemm tnaqqis fid-dħul mid-dazji u l-VAT minħabba li kien hemm aktar xiri ta’ oġġetti minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea milli pajjiżi terzi.

Id-Dwana spejgat ukoll li d-dħul minn dazju fuq l-importazzjoni kien jammonta għal aktar minn €15-il miljun u d-dħul minn VAT naqas għal kważi €118-il miljun.

Intant id-dħul tad-Dwana fl-2017 kien hekk: 

€288.2 miljun mis-SISA

€117.8 miljun mill-VAT

€15.1 miljun minn dazju

€6 miljun minn dħul ieħor.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

L-Azzjoni Kattolika Maltija għaddejja bi proġett biex dar li għandha f’Ħal Balzan tinbidel f’post li tkun tista’ tagħti kenn lill-familja jew persuni li għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw ma…

Kultura

Kull belt u raħal f’Malta għandha minn waħda sa tnejn. Il-baned għadhom parti integrali mis-soċjetà Maltija u llum il-ġurnata komplew jifirxu l-ħidma tagħhom barra minn Malta b’kunċerti li bihom iżidu…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-jiem li ġejjin se jkollu diversi impenji fi New York, li jilħqu l-qofol tagħhom nhar il-Ħamis bid-diskors mistenni tiegħu fit-73 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda. It-tema…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fil-kwistjoni tat-trasport b’xejn għall-iskejjel, il-Gvern l-ewwel ried jimpressjona biex iġib il-voti u issa fir-realtà ħafna nies mhux se jinqdew minħabba li s-sistema mhix…

Aktar