Lokali
Id-Dwana toffri għall-bejgħ bosta oġġetti

Id-Dipartiment tad-Dwana qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ bosta oġġetti fosthom inbejjed u xorb alkoħoliku, oġġetti tad-dar, prodotti tas-sbuħija, oġġetti elettroniċi, ħwejjeġ, parts tal-karozzi u blokki tal-pavimentar tal-bankini.

B’kollox hemm 132 lott li jinkludu 99 lott ta’ xorb alkoħoliku, 27 lott ta’ nbid, ħames lottijiet ta’ oġġetti tad-dar, prodotti tas-sbuħija, oġġetti elettroniċi, ħwejjeġ u parts tal-karozzi u lott blokki tal-pavimentar tal-bankini.

Id-Dwana qalet li l-offerti se jintlaqgħu l-ġimgħa d-dieħla.