Lokali
Id-Dwana żżid id-dħul bi €3.2 miljun

Id-Dwana ta’ Malta żiedet id-dħul tagħha bi €3.2 miljun. Dan meta tqabbel Jannar li għadda ma’ Jannar tal-2017, fejn tul din is-sena, id-Dwana daħlet €36.6 miljun.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li dan kien riżultat ta’ diversi fatturi fosthom it-tkabbir tal-ekonomija, żieda fil-konsum u titjib fl-effiċjenza u l-kontrolli mid-Dwana.

Spjegat li ż-żieda fid-dħul kienet irreġistrata minn żieda ta’ €1,548,814 mis-Sisa, żieda ta’ €1,475,253 mill-VAT, żieda ta’ €51,449 mid-Dazju ta’ Importazzjoni u żieda ta’ €184,712 minn dħul ieħor.

Hija qalet li minkejja li maż-żmien bidlet ħafna mill-funzjonijiet tagħha żammet pożizzjoni fiskali strateġiku li tassigura dħul adegwat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Festivals Malta permezz tat-Tim Organizzattiv tal-Karnival, ħabbar ir-riżultati li jidhru hawn taħt relatati mal-konkorsi kompetittivi tal-Karnival 2018. Ir-riżultati huma dawn :- KONKORS NRU 1- KARRIJIET TRIJONFALI – KATEGORIJA “A” L-Ewwel…

Lokali

Christine Grixti tgħid li l-imħabba sabitha kullimkien – mir-raġel tagħha għall-paramediċi fl-isptar u ż-żagħżugħ li qed jgħix f’qalbha. F’intervista fuq Skjetti, Christine irrakkontat kif hi kienet tbati bi problemi f’qalbha…

Lokali

Malta ngħatat premju għall-aħjar destinazzjoni għal scuba diving waqt fiera ewlenija li titratta attivitajiet sportivi marbuta mal-baħar. Il-fiera BOOT saret fl-aħħar ta’ Jannar f’Dusseldorf, il-Ġermanja. Rappreżentanti minn Taucher.net, l-ikbar sit…

Lokali

L-Air Malta ħabbret erba’ rotot ġodda, fosthom titjira diretta minn Malta lejn l-ajruport ta’ Southend f’Londra u minn Malta lejn Cagliari f’Sardenja. Il-linja nazzjonali ser topera wkoll diretti minn Cagliari…

Aktar