Barranin
Idaħħlu l-eluf billi jgħinu studenti jgħaddu mill-O-levels b’qerq

Racket li qed ikun deskritt bħala wieħed sofistikat inkixef f’Singapore, fejn għalliem kien mifthiem mat-tmexxija ta’ skola biex jgħin lill-istudenti jgħaddu mill-O-levels b’qerq.

Qed ikun allegat li l-għalliem kien qed jidħol huwa stess għall-eżamijiet bħala kandidat privat, u jibgħat filmati tal-mistoqsijiet lill-kompliċi tiegħu, li min-naħa tagħhom kienu jibgħatu lura t-tweġibiet lill-istudenti li jkunu ħallsu għalihom.

Ir-racket inkixef meta nqabad wieħed mill-istudenti, wara li invigilator sema’ ħsejjes strambi ġejjin mid-direzzjoni tiegħu. Meta ntalab jiftaħ is-sidrija, taħtha nstabu mobile, apparat tal-blue-tooth, u apparat tas-smigħ.

Allegatament kompliċi mal-għalliem kien hemm ukoll il-prinċipal tal-iskola fejn kien jgħallem, kif ukoll żewġ għalliema oħra, li flimkien kienu qed jirċievu eluf ta’ dollari Singaporjani.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Fil-Ġappun aktar minn 30 persuna tilfu ħajjithom u mijiet oħra jinsabu l-isptar għall-kura kawża tas-sħana qawwija li ilha għaddejja sebat’ ijiem. It-temperatura qed tlaħħaq kważi 41 grad celcius li hija…

Annimali

Klieb ta’ razez differenti nġabru f’Londra biex jieħdu sehem fl-iswimming gala organizzata minn rover.com. Christopher Cederskog minn rover.com qal li l-klieb minbarra li jħobbu jesploraw kull fejn ikunu għandhom għal…

Barranin

It-traġedja f’Missouri tard ilbieraħ wara l-għarqa ta’ dgħajsa bit-turisti ħalliet 17-il vittma li disa’ minnhom huma mill-istess familja. Il-gvernatur ta’ Missouri Michael Parson qal li Tia Coleman ikkonfermat miegħu li…

Barranin

Bosta artisti ngħaqdu flimkien fit-Tajlandja biex ħolqu kapulavur mill-isbaħ bix-xibhat tal-eroj li salvaw lit-12-il tifel u l-kowċ tagħhom mill-mewt, wara li nqabdu f’għar perikoluż fit-Tajlandja. Il-pittura tpittret ma’ ħajt f’Chiang…

Aktar