Barranin
Idawwar fehemtu – ma jridx jieħu mara miegħu fl-ispazju

Il-biljunarju Ġappuniż Yusaku Maezawa fil-ġimgħat li għaddew kien fl-aħbarjiet wara li qal li qed ifittex mara biex tmur miegħu fl-ispazju, issa dawwar fehemtu u qal li jrid imur waħdu.

Hu kien stieden nisa single u li għandhom iktar minn 20 sena biex japplikaw għal dan l-avveniment. Fil-fatt kellu jagħżel waħda li imbagħad iqatta ħajtu magħha.

Kienu kważi 28,000 dawk li applikaw, iżda qal li ħassu imħawwad u ddeċieda jirtira l-interess tiegħu. Madanakollu qal li xorta waħda se jkun qed imur fl-ispazju fl-2023, iżda se jkun qed imur waħdu.