Lokali
Iddispjaċut li seraq bust ta’ qassis meta kien bla flus

Żagħżugħ li nqabad jisraq bust tal-bronż mill-Imsida kien iddispjaċut għal dak li għamel fi żmien meta spiċċa bla flus.

Kenneth Magro ta’ 24 sena ammetta li seraq u ġarraf il-bust ta’ Dun Amadeo Ebejer, li kien jinsab fi ġnien faċċata tal-għassa tal-Imsida.

Is-serqa seħħet fis-1.30 ta’ filgħodu tat-13 t’April, u Magro nqabad mill-Pulizija li kienu qed jagħmlu ronda u rawh flimkien ma’ persuna oħra jitfa’ l-bust fil-basket. Iż-żewġ persuni ħarbu minn fuq il-post, iżda l-Pulizija rnexxielha taqbad lil Magro.

Il-Qotri, ippreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea, ikkunsidrat li Magro kien ikkopera mal-Pulizija u ammetta mill-ewwel, li kellu kondotta nadifa, kif ukoll li l-bust kien ġie rritornat. Il-Qorti qieset ukoll li Magro kien wettaq ir-reat meta kien f’qagħda finanzjarja ħażina, iżda li kien fehem li dak ma kienx il-mod kif itejjer is-sitwazzjoni, u li kien iddispjaċut għal dak li għamel.

Magro kien għalhekk illiberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Jinqabdu fil-fatt jisirqu bust tal-bronż mill-Imsida

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Parruċċani ta’ Ħal Luqa minn tmiem din il-ġimgħa qed igawdu dehra ġdida fil-knisja parrokkjali tagħhom. Dan għaliex wara proġett li kien ilu għaddej disa’ snin, ġie inawgurati xogħlijiet ta’ pittura,…

Lokali

B’esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu, l-Avukat Joe Micallef Stafrace, illum irtirat, iżda xorta isegwi dak li għaddej u jistqarr li ċerti principji sagrosanti tal-ġurnalizmu professjonali qed jigu imxelfa minn uħud. L-Avukat…

Lokali

Victor Scerri, terraq it-toroq tal-Belt fejn kompla jfittex u jiltaqa’ ma’ karattri – minn imħallfin sa karattri komuni tat-triq, li għamlu isem għalihom u għall-kapitali. Ghalkemm mhux belti mit-twelid, sar…

Lokali

Xogħol li jitlob li min jagħmlu jbakkar minn kmieni filgħodu, iżda li fih ukoll is-sodisfazzjon tiegħu. Melanie Saliba ilha tarma l-monti ‘l fuq minn għoxrin sena. Ma’ TVM, Melanie wriet…

Aktar