Barranin
Iddoqq il-vjolin waqt li kienu qed joperawha

Timmaġinak li waqt operazzjoni tibqa’ konxju?

Timmaġinak li waqt operazzjoni ddoqq xi strument?

Hekk għamlet Dagmar Turner waqt li kienet qed tiġi operata f’rasha.

L-istaff mediku talab lil Turner ta’ 53 sena sabiex waqt l-operazzjoni tibqa’ ddoqq il-vjolin ħalli jkunu żguri li ma titlifx il-ħiliet mużikali tagħha waqt li qed jitneħħilha t-tumur.

It-tumur kien qrib parti kritika tal-moħħ u seta’ ħalla impatt ħażin fuqha.

Il-professur qal li għamel diversi operazzjonijeit iżda din kienet l-ewwel darba li kellu pazjenta li baqgħet iddoqq strument waqt l-intervent.

It-tim mediku rnexxielu jneħħilha mad-90% tat-tumur mingħajr ma għamel ħsara fil-memorja tal-pazjent.

Intant Turner qed tħares ‘il quddiem sabiex terġa’ tingħaqad mal-orkestra tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Taljan, Guiseppe Conte, ħabbar li estenda l-lockdown mal-pajjiż kollu sat-3 ta’ Mejju. L-Italja ilha xahar f’lockdown. Bejn ilbieraħ u llum, mietu 570 bil-Covid-19. Bħal Spanja, l-għadd ta’ mwiet…

Barranin

Ġurnata sewda għar-Renju Unit. Fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom 980 persuna bil-Coronavirus. L-għadd tal-mejta issa tela’ 8,958. Il-Ministru tas-Saħħa, Matt Hancock, qal li l-Għid il-Kbir se jkun test biex in-nies…

Barranin

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet li qed jiżdied in-numru ta’ mediċini foloz marbuta mal-coronavirus, li qed jinbiegħu f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-WHO qalet li t-teħid ta’ dawn il-mediċini foloz jista’ jkollhom…

Kurżitajiet

Ħafna xadini fl-Afrika, b’mod partikolari l-gurilli, ukoll qegħdin f’lockdown biex ma jimirdux bil-Covid-19. It-turiżmu marbut mal-gurilli f’dan il-kontinent ġie sospiż, waqt li għadd ta’ santwarji ta’ xadini oħra, bħall-Orangutans, għalqu…

Aktar