Budget
Identifikat sit għat-trakka tal-karozzi, se tinfetaħ akkademja tal-isnooker

Waqt li ta rendikont tal-miżuri tal-budget għall-isports, is-Segretarju Parlamentari qal li fil-ġimgħat li ġejjin se tinfetaħ l-akkademja tal-isnooker fl-iskola Maria Assumpta. Żied li se jinħarġu żewġ sejħiet oħra għall-isport tal-handball u t-table football fl-istess skola. Dr Grima qal li din is-sena Sport Malta tat €3 miljun f’assistenza finanzjarja lil għaqdiet sportivi.

Irrefera għall-istrateġija nazzjonali tal-isport u qal li l-gvern qed jikkollabora mal-kumitat olimpiku Malti u ma għaqdiet sportivi biex jinkisbu riżultati aħjar fl-isports fuq livell internazzjonali. Huwa kkonferma li l-Gvern qed jippjana li jiftaħ skola simili għal dik tal-isport, li tkun iffukata fuq il-football.

“Naħseb li l-kunċett tal-iskola nazzjonali tal-isport ħadem. Jekk wieħed iħares mhux biss mill-aspett sportiv imma anke mill-aspett akkademiku r-riżultati pożittivi ħafna. Għandek mudell bażiku u tajjeb li wieħed jistà jimxi fuqu,” qal Dr Grima.

Dwar ir-range tal-isparar f’Ta’ Kandja, Dr Grima qal li għaddejja ħidma fuq it-tieni fażi tal-proġett. F’dak li jirrigwarda t-trakka tal-karozzi, qed jittieħdu kunsiderazzjonijiet ambjentali billi jsir studju fuq sit li ġie identifikat, u li se jkun qed jitħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.

Semma li għaddejja ħidma biex tinbena l-ewwel pixxina indoor ta’ daqs Olimpiku, fil-kumpless sportiv tal-Kottonera. Dr Grima qal li għaddej xogħol fuq il-kumpless tal-ġinnastika, kif ukoll fuq il-wiċċ tat-track tal-atletika bi tħejjija għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li se jsiru f’Malta fl-2023.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar