Kronaka
Identifikata l-mara li tilfet ħajjitha lbieraħ f’ħabta bejn xarabank u mutur

Natalie Paterson mill-Gzira hija l-mara li lbieraħ tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f’ħabta bejn xarabank u mutur fil-Mellieħa. L-inċident seħħ ilbieraħ fl-4.20pm fi Triq il-Marfa. Hija kellha 63 sena.

TVM huwa infurmat li coach tat-tip Scania Irizar, li kienet kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 40 sena minn Birkirkara, ħabtet ma’ mutur tat-tip Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 52 sena mir-Rabat.

Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata mejta.

Ara wkoll:

Mara titlef ħajjitha f’ħabta bejn xarabank u mutur fil-Mellieħa