Identifikati l-ħames lokalitajiet għall-bini ta’ skejjel ġodda

L-Iskejjel sekondarji tal-gvern qed iħejju anke b’tibdil strutturali biex ikunu jistgħu jilqgħu studenti bniet u subien flimkien bis-sistema tal-ko-edukazzjoni li mis-sena skolastika li jmiss ser tinfirex fl-iskejjel kollha tal-gvern. Sadanittant ġew identifikati l-ħames lokalitajiet fejn ser jinbew skejjel godda.

Minkejja li għadu l-eqqel tas-sajf u s-sena skolastika tista’ tidher ftit il-bogħod bosta huma dawk li bdew bil-preparamenti għas-sena skolastika l-ġdida.

Bħalissa għaddejja ħidma intensiva biex bosta skejjel jkunu jistgħtu jilqgħu aħjar għall-ħtiġijiet tal-istudenti.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo spjega l-ħidma li għaddejja u anke’ t-tibdiliet li kellhom jsiru minħabba li s-sena d-dieħla l-iskejjel kollha se jibdew bis-sistema ta’ ko-edukazzjoni.

Il-Ministru Bartolo qal li beda x-xogħol biex fis-snin li ġejjin jinbnew ħames skejjel ġodda.

Skola primarja ġdida f’San Pawl il-Baħar minħabba iż-żieda fil-popolazzjoni f’din il-lokalità, skejjel primarji ġodda fil-Mosta u Wied il-Għajn, skola oħra f’Ħal Kirkop u fir-Rabat.

Il-Ministru qal wkoll li Gvern se jimbarka fuq proġett biex itejjeb l-istituzzjonijiet post sekondarji f’Malta u Għawdex.

Intant id-diviżjoni tal-edukazzjoni fetħet l-applikazzjonijiet għal korsijiet tal-lifelong learning.

Dawn il-programmi joffru 110 suġġett differenti f’aktar minn 50 ċentru differenti madwar Malta u Għawdex.

Fost il-korsijiet offruti hemm dawk ta’ komputer, lingwi u dawk vokazzjonali.

Is-sena li ghaddiet kien hemm 13,000 persuna li attendew xi wieħed minn dawn il-korsijiet għall-adulti.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

It-tabib tal-emerġenza, Michael Spiteri esprima d-diżżapunt tiegħu fuq il-media soċjali għall-fatt li lbieraħ filgħaxija partitarji tal-Floriana inġabru f’attività tal-massa fuq il-Fosos, sabiex jiċċelebraw id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol li vvutaw…

COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

Aktar