Politika
Ifaħħar id-djalogu u x-xogħol kontinwu bejn Malta u l-Kummissjoni Venezja dwar l-istituzzjonijiet u governanza tajba

Didier Reynders, il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja faħħar ix-xogħol u d-djalogu kontinwu bejn Malta u l-Kummissjoni Venezja f’dak li għandu x’jaqsam mar-riformi kostituzzjonali u tal-ġustizzja.

Il-Gvern Malti qed jaħdem qatigħ b’rakkomandazzjonijiet ġodda u abbozzi ta’ riforma u governanza tajba li l-Kummissjoni Venezja laqgħet biex issa l-Gvern iressaqhom quddiem il-Parlament biex isiru liġi.

Dan il-proċess, li beda f’Diċembru tal-2018, bir-rapport tal-Kummissjoni Venezja għar-riformi li jsaħħu s-saltna tad-dritt, qed jilħaq il-qofol tiegħu bil-gvern u l-Kummissjoni Venezja fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa jaqblu fuq sensiela ta’ riformi fil-qasam tal-ġustizzja kif ukoll fil-qasam amminsitrattiv u politiku.

B’dawn ir-riformi, il-Prim Ministru ser iċedi ħafna mill-poteri tiegħu biex tissaħħaħ id-demokrazija u r-reputazzjoni ta’ Malta filwaqt li dawn jibqgħu l-akbar riformi li saru mindu ġiet dikjarata l-kostituzzjoni tar-Repubblika.

Ara wkoll:

Il-Kummissjoni Venezja tapprova r-riformi ta’ Malta dwar l-istituzzjonijiet u governanza tajba

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ippospona d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-bini ta’ supermarket tal-Lidl fi Triq Ħ’Attard Ħaż-Żebbuġ li huwa ppjanat li jsir fuq medda art ta’ 2,200 metru kwadru flimkien ma’ parkeġġ…

Turiżmu

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li…

Lokali

Mit-tlieta ta’ Awissu li ġej ħaddiema barranin jistgħu jerġgħu jibdew japplikaw għas-single permit, li huwa permess ta’ xogħol u anki residenza f’Malta. Is-Segretarju Parlamentari, Alex Muscat qal li minħabba l-pandemija, il-ħaddiema…

Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

Aktar