Lokali
Ifakkru l-eżodu tal-Palestinjani fl-1948

L-Ambaxxata Palestinjana f’Malta fakkret is-70 anniversarju mill-eżodu tal-Palestinjani, ġrajja magħrufa bħala n-“Nakba” li tfisser “katastrofi”. Aktar minn 700,000 Palestinjani kienu ħarbu jew tkeċċew minn djarhom. Fl-attività ltaqgħu rappreżentati tal-Gvern u l-Oppożizzjoni u membri tal-korp diplomatiku.Is-sebgħin anniversarju ta’ Nakba tfakkar għall-ewwel darba f’Malta mill-Ambaxxata tal-istat tal-Palestina f’Malta.

L-aġent kap tal-Ambaxxata, Fadi Hanania, għamel referenza għall-persuni li tilfu ħajjithom fl-aħħar sigħat waqt il-protesti f’Gaza.

Spjega li Nakba hi vjagġġ ta’ tbatija, li għadu għaddej għal numru kbir ta’ Palestinjani li jittamaw li xi darba jkunu jistgħu jerġgħu lura fl-art tal-antenati tagħhom. Huwa radd ħajr lil Malta għall-appoġġ kontinwu tagħha lill-poplu Palestinjan, li rrikonoxxiet lill-Palestina bħala stat fl-1988. Qal li d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li tirriloka l-ambaxxata minn Tel Aviv għal Ġerusalemm tmur kontra l-liġi internazzjonali. Fi kliemu l-kunflitt ta’ pajjiżu hu kumplikat u l-uniku wieħed li ma ġiex solvut fis-seklu 20. Fadi Hanania insista li l-kundanna tal-komunità internazzjonali mhix biżżejjed imma qal li għandha tieħu azzjoni konkreta u tirrikonoxxi l-Ġerusalemm bħala l-kapitali tal-Palestina. Qal li l-Palestinjani jridu jaħdmu mal-komunità internazzjonali għal stabbilità u paċi fir-reġjun. Saħaq li dan mhux biss dwar ambaxxata imma dwar id-dritt tal-Palestinjani li jkunu ħielsa li jiċċaqilqu, dwar dinjità tagħhom.

Iċ-Chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Edward Zammit Lewis qal li Malta f’aktar minn okażżjoni waħda qalet li l-Palestinjani għandu jkollhom stat tagħhom u se tkompli taħdem biex dan iseħħ speċjalment fuq livell Ewropew. Qal li Malta hi impenjata li tappoġġja soluzzjoni fit-tul għas-sitwazzjoni li ilhom fiha l-Palestinjani.

F’ isem il-Partit Nazzjonalista tkellem id-deputat Carmelo Mifsud Bonnici. Qal li ż-żewġ partiti f’ okkazzjonijiet varji ddikjaraw li l-Palestinjani jkollhom stat tagħhom. Qal li hemm ftehim dwar il-kwistjoni ta’ Ġerusalemm. Esprima tħassib dwar dak li għaddej bħalissa fuq il-fruntiera ta’ Gaza u insista li l-ħajjiet taċ-ċittadini għandhom ikunu protetti u mhux jintilfu. Qal li l-komunità internazzjonali għandha tagħmel aktar fuq il-kwistjonijiet tal-Palestina.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar