Lokali
Ifakkru l-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia fis-7 xahar mill-qtil tagħha

Il-Grupp Occupy Justice ilbieraħ organizza viġili biex ifakkar is-seba’ xahar mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-kelliem Manuel Delia qal li meta tkellmu l-whistleblowers sena ilu ħadu riskji kbir, tilfu xogħolhom, esponew lil uliedhom għal periklu u ma ġara xejn. Sostna li nqatlet Daphne Caruana Galizia u ma seħħ xejn.

Manuel Delia qal li gruppi bħal Occupy Justice qegħdin jitkellmu għaliex wasal iż-żmien ta’ bżonn ta’ kuxjenza ċivili li tfittex li l-ħniena u l-umanità jaħkmu dejjem fuq il-gvern tal-ġurnata. Appella biex dawn il-gruppi ma jitħallewx waħedhom.

Il-kelliema Rachel Williams qalet li l-ġustizzja ma saritx u mhux issir għax sostniet li l-pajjiż qed jistagħna fil-korruzzjoni, l-impunità u l-mibegħda. Williams qalet li Konrad Mizzi, Chris Cardona, u Keith Schembri qabżu kull limitu ta’ diċenza u sostniet li l-Prim Ministru jmissu jistħi jagħti s-siġill tiegħu għal dan kollu.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Fl-ewwel reazzjoni għall-Budget, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Budget mhux ser jagħmel differenza fil-ħajja ta’ dawk li m’humiex ilaħħqu mal-ħajja. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li dan huwa Budget…

Budget

Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem, Joseph Farrugia, jagħti r-reazzjoni tal-MEA għall-baġit 2019:

Budget

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Frank Farrugia, jagħti r-reazzjoni tiegħu għall-baġit 2019:

Aktar