Lokali
Ifakkru l-mewt ta’ żagħżugħ b’dawra bit-trakkijiet u ġabra għal Puttinu Cares

It-13 ta’ Novembru timmirka it-tmiem ħesrem ta’ ħajjet żagħżugħ Mellieħi, Mark Gauci. Gauci, li kellu 27 sena u sewwieq ta’ trakk miet f’inċident waqt xogħlu f’barriera. L-anniversarju ta’ mewt, ħafna drabi mmarkat b’talb jew quddies b’suffraġju għal dak li jkun. Iżda t-tifkira tal-anniversarju tal-mewt ta’ Mark Gauci magħruf bħala t-Telegraph, huwa uniku. Sħabu, Melliħin bħalu u oħrajn li jafuh mill-qrib jew ħadmu miegħu jagħmlu dawra bit-trakkijiet u fl-istess ħin jiġbru fondi għal Puttinu Cares.

L-organizzatur Dario Vella qal li kull sena r-rotta tieħu direzzjoni differenti bil-pulizija tat-traffiku ssegwi r-rotta kollha biex it-trakkijiet ikunu jistgħu jibqgħu wara xulxin. Din is-sena ħadu sehem mal-40 trakk, uħud li jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni u oħrajn li s-sidien tagħhom idaħħluhom għax-shows. Huma telqu minn maġenb il-kappella ta’ Selmun. Is-sewwieqa bit-trakkijiet li bid-daqs u l-ħornijiet tagħhom imlew it-toroq minn fejn għaddew, qabdu r-rotta lejn Għajn Tuffieħa, iz-Żebbiegħ, in-Naxxar, il-Mosta u l-Marsa u wara s-Salini fejn intemmet l-attività.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Koppja li ftit tax-xhur ilu adottat tifel mill-Indja esprimiet il-ferħ tagħha fuq is-siti soċjali, kif ukoll wasslet messaġġ biex it-tfal jiġu mgħallma iktar dwar id-diversita’, b’mod partikolari mill-ġenituri stess. Biex…

Kronaka

Viżibilment taħt xokk, Joseph Attard li lbieraħ kien fil-mira tal-ħalliel fil-ħanut tiegħu f’Ħaż-Żabbar, irrakkonta ma’ TVM kif hu, flimkien ma’ żewġt iħbieb tiegħu rreżistew il-ħalliel li anke spara b’arma tan-nar….

Kunsilli Lokali

Il-kunsilli ser ikollhom pubblikazzjoni maħsuba apposta biex tgħinhom jiksbu fondi addizzjonali minn programmi tal-Unjoni Ewropea. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u DAaron Farrugia u s-Sur Parnis. Iż-żewġ Segretarji Parlamentari,…

Kronaka

Kuntistabbli tal-Pulizija stazzjonat fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga llejla ngħata l-kura fl-isptar wara li sofra xi ġrieħi waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Il-każ ħareġ fil-pubbliku permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ facebook…

Aktar