Lokali
Ifakkru lil Jerome billi jtaffu ftit mit-tbatija ta’ pazjenti bil-kanċer

Il-Fondazzjoni Smiling with Jerome nediet inizjattiva sabiex tgħin lil pazjenti li qed jirkupraw mit-trattament tal-kimoterapija fl-Isptar tal-Onkoloġija.

Sentejn wara mewtu l-legat taż-żagħżugħ Jerome Frendo għadu jħalli l-frott. Il-Fondazzjoni li twaqqfet għall-memorja tiegħu nediet inizjattiva biex tgħin pazjenti milquta mill-marda tal-kanċer u qasmet basktijiet b’kutri, fliexken tal-ilma, ingwent għax-xufftejn u kotba tat-tislibiet lil pazjenti.

Ma’ Television Malta is-Sinjura Josette Frendo spjegat li kull basket jiswa 25 ewro u qalet li tixtieq li dawn il-basktijiet jibqgħu jitqassmu lil pazjenti s-sena kollha, u mhux fil-perjodu tal-Milied biss.

“Nixtiequ li jkun hawn xi kumpaniji li jgħinuna. Għandna kollox fil-website tagħna, www.smilingwithjerome.com jew fil-Facebook page tagħna, smiling with Jerome,” qalet is-Sinjura Frendo.

Is-Sinjura Bernice Scicluna, infermiera fl-Isptar tal-Onkoloġija qalet li l-oġġetti f’dan il-basket ta’ tama se jgħinu l-pazjenti jtaffu xi s-sitwazzjoni medika. “Nixtiequ li NGO’s oħra jieħdu inizjattiva bħalhom u bħal dejjem nittrataw mhux bis s il-pazjent iżda l-pazjent b’mod olistiku.”

Is-sinjura Scicluna qalet li wħud mill-oġġetti fil-basktijiet tat-tama joffru terapija alternattiva għall-pazjent sabiex jaljenaw ruħhom mill-effetti tal-kimoterapija.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Saċerdot li kien jgħallem l-Università jħoss li l-ġerħa tas-solitudni, hi fonda tant, li qed tinħass ukoll fost iż-żgħażagħ. F’kummenti lil Television Malta, Dun René Camilleri stqarr li f’ċerti każijiet, din…

Lokali

L-istudenti tal-primarja u l-ġenituri tagħhom għandhom ċans isiru jafu iktar dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol li joffru l-industriji tax-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ expo li qed tiġi organizzata fl-Esplora fil-Kalkara. Fiċ-Ċentru…

Politika

F’konferenza stampa, il-Prim Ministru ħabbar metodu trasparenti u bi prinċipju bażiku fil-kuntest ta’ dak li pproponiet il-Kummissjoni ta’ Venezja dwar il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li…

Lokali

Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni ma sabet ebda prova ta’ korruzzjoni fi tliet każijiet li ntalbet tinvestiga u li r-rapporti finali tagħhom ġew ippreżentati fil-mejda tal-Kamra tad-Deputati. L-ewwel każ kien dwar…

Aktar