Lokali
Ifakkru s-suldati Awstraljani u minn New Zealand li tilfu ħajjiethom fl-Ewwel Gwerra Dinjija

Mumenti ta’ ġabra spikkaw fiċ-Ċimiterju Militari f’Tal-Pietà waqt it-tifkira għall-eluf ta’ suldati Awstraljani u minn New Zealand li tilfu ħajjiethom biex jiddefendu l-ħelsien fil-battalja ta’ Gallipoli fl-Ewwel Gwerra Dinjija li wħud minnhom indifnu f’dan iċ-ċimiterju.Waqt din iċ-ċerimonja tpoġġew fjuri f’riġlejn il-monument li jfakkar lil dawn il-vittmi.

Madwar 56,000 suldat tilfu ħajjiethom fil-battalja qalila ta’ Gallipoli li bdiet fil-25 ta’ April tal-1915 kontra l-Imperu Ottoman li kien lest bi ħġaru għall-alleati li riedu jieħdu taħt idejhom Costantinopli u r-rotta bil-baħar li minnha kienu jaslu l-provisti.

Il-qawwiet alleati kienu jinkludu fost oħrajn suldati Awstraljani u minn New Zealand li tqatlu f’din il-battalja epika li damet għaddejja tmien xhur. Il-vittmi tal-battalja baqgħu jitfakkru kull sena b’solenità fl-Awstralja u f’New Zealand f’Jum l-ANZAC.

Fiċ-ċerimonja organizzata mill-Kummissjoni Għolja tal-Awstralja f’Malta fiċ-Ċimiterju Militari f’Tal-Pietà, il-President George Vella flimkien mal-Kummissarju Għoli Awstraljana Julienne Hince poġġew il-fjuri fuq il-monument tal-vittmi. Warajhom għadd ta’ dinjitarji mill-qasam politiku u diplomatiċi, rapprezentanti ta’ għaqdiet u assoċjazzjonijiet flimkien mal-membri tal-pubbliku.

Iċ-ċerimonja ta’ tifkira ntemmet bid-daqq tal-innijiet nazzjonali tal-Awstralja, ta’ New Zealand u ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar