Annimali
Ifaqqsu għexieren ta’ fkieren mal-lejl fir-Ramla l-Ħamra

Ftit qabel is-2.00 ta’ dalgħodu voluntiera tal-għaqda Nature Trust – FEE Malta assistew għal xena unika fir-Ramla l-Ħamra f’Għawdex, hekk kif l-ewwel fkieren bdew ifaqqsu mill-bajd tagħhom wara jien ta’ tensjoni.

Nature Trust-FEE qalet li sas-6.45 ta’ dalgħodu kienu faqqsu 62 fekruna

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qalet li l-għaqda kienet infurmatha malli bdew ifaqqsu l-fkieren, u li l-għaqda kienet issorveljat l-inżul tagħhom fil-baħar.

Qalet li l-fkieren meta jfaqqsu jkunu miġbuda mid-dawl tal-qamar li jibda jirrifletti fuq il-baħar, u l-istint tagħhom hu li jmorru lejn id-dawl.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat. Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li l-ħidma tal-Gvern wasslet biex minn Marzu ‘l hawn mat-3,000 immigrant irregolari twaqqaf milli jiġi f’Malta. Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, huwa qal li…

Aktar