COVID-19
Ifeġġ l-ewwel każ ta’ Covid-19 fil-villaġġ Olimpiku fil-Ġappun

Wieħed mill-persuni involuti fl-organizzazzjoni tal-Olimpjadi li se jsiru f’Tokyo,il-Ġappun, ittestja pożittiv għall-Covid-19 biex feġġ l-ewwel każ fil-Villaġġ Olimpiku.

Seiko Hashimoto, li huwa l-kap tal-kumitat responsabbli mill-organizzazzjoni ta’ dawn l-Olimpjadi, qal li huwa jifhem li l-atleti li se jaslu fil-pajjiż huma inkwetati dwar dan.

Huwa sostna li qed jagħmlu minn kollox biex iwaqqfu milli l-virus jinfirex fil-villaġġ Olimpiku u jekk jiġri hekk għandhom pjan għal dan.

L-Olimpjadi se jsiru bejn it-23 ta’ Lulju u t-8 ta’ Awwissu bil-parti l-kbira tad-dixxiplini sportivi se jsiru mingħajr spettaturi.

Il-pubbliku Ġappuniż huwa, fil-parti l-kbira, kontra li jsiru l-Olimpjadi f’pajjiżhom bħalissa u bdiet tinġabar petizzjoni biex ma jsirux.