Barranin
Iffangajt fil-figolli? X’tista’ tagħmel biex tirqaq qabel tilbes il-malja

L-Għid il-Kbir għadda iżda huma bosta dawk li forsi esaġeraw il-Ħadd li għadda fl-ikel b’abbundanza, l-inbid li xorbu u l-ħelu tipiku waqt il-pranzu.

Issa ċ-ċans li taħseb biex tirqaq meta ninsabu ftit inqas minn 3 xhur għall-bidu tas-sajf.  Dan ifisser li l-ilbies ikun ħafif u għall-jiem ħdejn il-baħar tkun trid tilbes il-malja tal-għawm.

Jekk tixtieq tirritorna għall-piż ideali tiegħek, trid tibda minn issa timpenja ruħek biex tonqos.  Idealment tibda b’diżintossifikazzjoni biex il-ġisem jippurifika mill-ħsara li saritlu mill-ikel eċċessiv li kkonsma.

Ixrob iktar ilma u kul iktar ħaxix u frott

L-iktar ħaġa faċli, li tidher banali, hija li jinxtorob ħafna ilma li jnaddaf l-organi tal-ġisem malajr kemm jista’ jkun.  Huwa rakkomandat li jinxtorbu żewġ litri ilma kuljum u l-aħjar li tagħmel huwa li ġġorr flixkun ilma miegħek biex tixrob ftit u spiss matul il-ġurnata.

It-tieni nett huwa rakkomandat li tinkludi l-ħaxix u l-frott fid-dieta tiegħek.  Bħala ħaxix, tajjeb sew ikun misjur u anke nej.  Evita l-qali – il-ħaxix l-aħjar li tiggrilljah jew issajru fuq il-fwar – b’hekk iżomm in-nutrijenti u s-sustanzi li jkollu.  Miegħu tista’ żżid mgħarfa żejt taż-żebbuġa jew meraq tal-lumi, kif ukoll xi ħwawar.

L-aħjar ħaxix huwa dak staġjonali, iżda tajjeb li tikludi kemm tista’ ħaxix ta’ lewn aħdar.  Rigward il-frott, l-aħjar li tillimita għal porzjon wieħed jew tnejn kuljum, u tagħżel dawk bl-inqas kaloriji bħall-frawli u frott aħmar ieħor.

Bejn tè aħdar jew tal-lumi – liema l-aħjar?

Biex tgħin fid-diżintossifikazzjoni tajjeb li tixrob it-tè aħdar li jgħin fil-ħruq tal-kaloriji żejda u fil-livell tal-kolesterol.  U jekk ma tħobbux dan it-tè, tista’ tagħżel li tixrob ilma fietel bil-meraq tal-lumi.  Miegħu tista’ żżid ukoll il-ginger li jgħin fid-diġestjoni, il-metaboliżmu, u jaħraq ix-xaħam.

Meta tkun bid-dieta trid tevita l-melħ, il-ġobon, is-salami u l-prodotti proċessati.  Ma jfissirx li biex tonqos ma trid tiekol xejn – dan ħażin – iżda jekk issibha diffiċli tagħmel id-dieta waħdek, huwa rrakkomandat li tmur għand nutritionist jew tabib tal-fiduċja tiegħek!

Aħbarijiet Oħra
Temp

Meta jaħkem il-maltemp, ħafna nies ifittxu l-irdoss ta’ darhom, u għalhekk ftit huma dawk li jirnexxielhom jaraw il-pajsaġġ Malti mixgħul u mdallam mill-elementi. Għadd kbir ta’ ritratti li ttieħdu fl-aħħar…

Barranin

Mas-60 persuni, fosthom tfal, tilfu ħajjithom, u madwar 100 oħra sfaw feruti meta ntlaqtu minn ferrovija fl-istat ta’ Punjab, fl-Indja. Filmat li nġibed minn mobile juri dawn il-mumenti xokkanti. It-traġedja ġrat…

Barranin

L-Arabja Sawdija ammettiet li l-ġurnalist Jamal Khashoggi nqatel fil-konsolat tagħha fit-Turkija, wara li għal ħmistax sħaħ sostniet li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ. Il-midja tal-istat tas-Sawdi kkwotat l-ewwel…

Barranin

Anzjan spiċċa b’imnieħru u tliet kustilji miksurin wara li qala’ xebgħa mingħand sid ta’ restorant talli ordna biss antipasto.  Il-każ seħħ f’Arezzo fl-Italja u jinsab f’ħoġor il-Qorti. Il-klijent, li għandu…

Aktar