Lokali
Iffirmat ftehim bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Università ta’ Malta

Il-kollaborazzjoni u ħidma flimkien tal-Gżejjer u l-Istati Żgħar biex dawn isemmgħu leħenhom fuq livell internazzjonali u jħarsu l-interessi nazzjonali tagħhom huwa l-għan li għalih twaqqaf l-Istitut għall-Gżejjer u Stati Żgħar fi ħdan l-Università ta’ Malta. Permezz ta’ ftehim bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Università ser ikomplu jinfetħu l-possibiltajiet ta’ studju għall-istudenti u ser tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-istati żgħar ħalli flimkien jaħdmu biex jipproteġu l-interessi tagħhom.

Kien 30 sena ilu li bil-ħidma tal-Professuri Lino Briguglio u Godfrey Baldacchino li twaqqaf u tmexxa l-Istitut għall-Gżejjer u Stati Żgħar fi ħdan l-Univeristà ta’ Malta.

Id-Direttur il-ġdid Stefano Moncada qal li dan l-Istitut joffri korsijiet għall-istudenti, uffiċjali pubbliċi u riċerkaturi minn diversi pajjiżi, b’uħud minnhom anke waslu biex jirrappreżentaw lil Malta bħala ambaxxaturi. Il-korsijiet offruti minn dan l-Istitut iħarrġu lill-istudenti mhux biss fl-aspett akkademiku iżda anke jistħarrġu l-mod ta’ ħajja umana li jgħixu l-popli fi gżejjer u stati żgħar, iżda janalizzaw id-diffikultajiet u l-ħtiġijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom.

“What we teach varies from economics, environmental, geographical issues relating to small states . They go deep into discipline because islands and small states have specific peculiarity , and these sometimes are not understood by largest states in terms of politics , environmental . To give you an example is the issue of scale , somethings that apply to larger countries might not apply may not apply to Malta or to other small islands.”

Dr Mondaca qal l-istitut jaħdem biex jifhem id-diffikultajiet tal-gżejjer u stati żgħar bħal Malta biex jintbagħat messaġġ lill-Unjoni Ewropea u istituzzjonijiet internazzjonali oħrajn biex anke huma jifhmu x’inhuma l-problemi ħalli jitqiesu meta titfassal il-politika u jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u r-Rettur tal-Università Afred Vella ffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni li ser iwassal biex l-istudenti jkollhom possibilità akbar ta’ studju. Il-Ministru Evarist Bartolo qal li dan l-istitut għandu rwol importanti ħafna biex l-istati żgħar ma jbaxxux rashom għal dak kollu li jridu l-pajjiżi kbar kontra l-interessi tagħhom.

“Istitut bħal dan jgħin lill-pajjiżi ż-żgħar ikunu huma infushom, allura l-fatt li qed niffirmaw biex isir aktar studju u riċerka, biex ikun hemm boroż ta’ studju, biex isir xogħol ħalli l-istati ż-żgħar jaħdmu flimkien għall-interessi tagħhom, għall-ġid tal-popli tagħhom, propju dak illi rridu nagħmlu bi ftehim bħal dan.”

Permezz tal-ftehim, iż-żewġ naħat ser jaħdmu biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-istati żgħar u l-gżejjer, issir ħidma kontra l-kriminalità organizzata fosthom fl-isfond tal-realtijiet finazjarji u anke ssir promozzjoni tal-istitut fuq livell internazzjonali.

Aħbarijiet Oħra

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, qal li fil-Budget tas-sena d-dieħla il-Gvern ser ikompli jgħin lill-familji, pensjonanti u negozji minkejja li jinsab f’morsa finanzjarja kawża tal-pandemija. Fost il-miżuri li ser ikunu parti…

Wara li s-sena l-oħra, Duncan Laurence rebaħ il-Eurovision l-Olanda kienet ħerqana sabiex tospita u torganizza l-Eurovision 2020. Madankollu, minħabba l-COVID-19 il-pjanijiet ma marrux kif wieħed xtaq u stenna. Il-pandemija waslet…

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-plejer Maltija ta’ US Sassuolo, Haley Bugeja, fil-Berġa ta’ Kastilja. Il-Prim Ministru tenna li Bugeja qed tagħmel mhux biss isem għaliha, iżda anke isem għal…

Aktar