Lokali
Iffirmat ftehim bejn l-ITS u l-akkademja tal-Emirates – aktar opportunitajiet għall-istudenti

Pass ieħor fil-mixja tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi, l-ITS, biex ikattar l-opportunitajiet ta’ taħriġ flimkien ma’ istituzzjonijiet edukattivi fil-qasam tat-turiżmu.

L-istitut iffirma ftehim mal-Emirates Academy of Hospitality Management li ser jagħmilha possibbli li l-istudenti u l-akkademiċi tal-Istitut  ikomplu jgħollu l-livell tagħhom.

Ġie iffirmat ftehim bejn l-Istitut tal-Istudji Turistiċi, l-ITS, u l-Emirates Academy of Hospitality Management. Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS, Pierre Fenech, spjega li minn dan il-ftehim se jgawdu kemm l-istudenti u l-akkademiċi tal-Istitut minħabba li l-ITS se jingħaqad ma’ akkademja li hi fost l-ewwel għaxra tat-tip tagħha fid-dinja.

”L-istudenti se jgawdu peress li l-courses kollha li se nkunu qegħdin noffru aħna, u allura ċertifikazzjoni, se toħroġ bħala in affiliation ma’ din l-institution. Apparti minn hekk, l-akkademiċi se jkollhom iċ-ċans illi nagħmlu upskilling jiġifieri se jkun hemm ċans ukoll biex nagħmlu PHDs. Aħna l-għan tagħna hu li l-ITS dejjem nibqgħu ntellgħuh ‘il fuq.

Ic-Chairman tal-ITS, Carlo Micallef, qal li b’din il-kollaborazzjoni, fil-prospectus il-ġdid 2019 – 2020 hemm inkluż Masters li se jkun offrut flimkien mal-akkademja.

Id-Dekan Eżekuttiv tal-Akkademja, Dr Scott Richardson, qal li din is-sħubija hija ta’ benefiċċju għall-industrija turistika ta’ Malta u Dubaj.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi iddeskriva dan il-ftehim bħala kisba kbira għall-ITS minħabba li jiftaħ it-triq biex l-istudenti u l-akkademiċi jkomplu jitħarrġu b’Masters u PHDs. TVM staqsa lill-Ministru Mizzi fiex waslu l-pjani biex l-kampus tal-ITS jkun fi Smart City.

“Il-pjan li jmiss huwa fil-fatt li niffinalizzaw id-diżinji għal Smart City. Qed niddiskutu mal-partners kollha. Naraw x’tip ta’ talba hemm għal studenti internazzjonali biex nassiguraw li nagħmlu l-kobor tal-kampus kif suppost.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jinsab fiduċjuż li bil-ftehim bejn l-ITS u l-Emirates Academy, se jkompli jogħla l-livell akkademiku fil-korsijiet tal-ITS. Stqarr li madwar terz tal-istudenti tal-ITS huma barranin u qal li din hija esperjenza għall-istudenti Maltin li jitgħallmu u jistudjaw flimkien mal-barranin.

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Aktar