Saħħa
Iffirmat ftehim għal laboratorju f’Malta li fih jiġi ttestjat il-kannabis mediċinali

Il-Malta Enterprise u l-Università prestiġġjuża Taljana La Sapienza ffirmaw ftehim preliminari biex jitwaqqaf f’Malta laboratorju ta’ eċċellenza biex fih jiġu ttestjati prodotti mediċinali li jsiru mill-kannabis. Il-Ministru għall-Ekonomija, Chris Cardona qal li 17-il kumpanija ġew approvati mill-Malta Enterprise biex jipproduċu prodotti mediċinali mill-kannabis.

Bl-għajnuna tal-Università La Sapienza fl-Italja, Malta ser ikollha labortorju speċjalizzat biex isiru t-testijiet fuq il-mediċina magħmula mill-kannabis.

Il-ftehim kien iffirmat mill-Professur Bruno Botta għall-Università La Sapienza u l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Mario Galea.

Is-Segretarju Parlamentari, Deo Debattista qal li permezz ta’ dan il-laboratorju li ser ikollu l-verifika mill-Awtorità tal-Mediċina ser ikunu ċertifikati l-prodotti mediċinali ġodda.

”Meta qed titkellem fuq medical cannabis qed titkellem fuq madwar mitejn tip ta’ sustanza li teżisti f’dawn it-tip ta’ pjanti jiġifieri dan ser jiġi analizzat u rajna l-makkinarju f’Ruma li ser ikollna bħalu f’Malta bin-know how kollu hawnhekk.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Mario Galea qal li mhux biżżejjed li l-kumpaniji jkollhom il-laboratorji tagħhom.

”Irid ikollok laboratorju independenti biex tkun żgur li dak kollu li qed jiġi ttestjat fil-laboratorji privati jkun reali u jiġi validat.”

Il-Ministru Chris Cardona qal li wara li Malta saret pijuniera meta għaddiet liġi dwar il-produzzjoni tal-mediċina tal-kannabis għax il-pajjiż irid ikun mgħammar b’labortorju bħal dan biex jikseb reputazzjoni ta’ eċċellenza f’din l-industrija. Dr Cardona qal li diġà ġew approvati 17-il kumpanija għall-produzzjoni tal-kannabis mediċinali u ġew rifjutati applikazzjonijiet minħabba li ma laħqux il-livell meħtieġ.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fil-Palazz tal-President għaddej ix-xogħol fuq l-akbar proġett li qatt kellha Heritage Malta fl-istorja tagħha. Għadd kbir ta’ ħaddiema qed jaħdmu fuq xogħliiet differenti minn bdil tas-soqfa sar-restawr tal-pitturi. Il-ħsieb huwa…

COVID-19

Grupp ta’ xufiera tal-karozzi tal-linja ilhom fuq xahrejn isuqu vetturi tal-gvern minflok xarabanks. Il-kumpanija Malta Public Transport qed tipprovdi dawn ix-xufiera li ta’ kuljum qed iwasslu għal swab test fiċ-ċentri…

Trasport

Minn għada t-Tnejn, l-ewwel ta’ Ġunju, ser jerġgħu jitħallew isiru l-eżamijiet, kemm prattiċi u tat-teorija, għal-liċenzji tas-sewqan. L-eżamijiet kienu twaqqfu lura f’Marzu minħabba l-imxija tal-COVID-19 u issa ser ikomplu b’għadd…

Lokali

Inkjesta Maġisterjali li nvestigat denunzji li tressqu mill-għaqda Repubblika b’allegazzjonijiet dwar qtil ta’ immigranti, u attentat ta’ qtil ta’ oħrajn ix-xahar li għadda, sabet li dawn ma kinux imsejsa fuq…

Aktar