Edukazzjoni
Iffirmat ftehim ma’ għaqdiet fil-kummerċ agrikolu biex jissaħħaħ it-tagħlim tal-agribusiness

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni ffirma ftehim fil-prinċipju ma’ għaqdiet fil-kummerċ agrikolu biex isaħħaħ it-tagħlim tal-agribusiness, li qed ikun offrut bħala suġġett vokazzjonali lill-istudenti tas-sekondarja fl-iskejjel.

Is-Segretarju Permanenti, Frank Fabri qal li fadal seba’ suġġetti oħra vokazzjonali li dwarhom iridu jiffirmaw ftehim simili fosthom għal erba’ suġġetti vokazzjonali ġodda li se jibdew jiġu offruti fl-iskejjel sekondarji mis-sena akkademika li jmiss.

Il-Ministru Evarist Bartolo qal li b’dan il-ftehim, l-esperjenza tal-istudenti tkun isbaħ għax dak li jitgħallmu fl-iskola jkunu jistgħu jipprattikaw ma ħaddiema fis-settur. Iddeskriva bħala ta’ livell għoli l-faċilitajiet għat-tagħlim tal-agribusiness fl-iskola taż-Żokrija fil-Mosta u qal li jeħtieġ li jsir titjib fil-faċilitajiet tal-Għammieri li jużawhom ukoll l-istudenti post-sekondarja.

Paul Portelli, bidwi full-time mir-Rabat qal li huwa ta’ pjaċir għall-bdiewa u r-raħħala li juru lill-istudenti x’jirrikjedi x-xogħol tagħhom.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Arnold Cassola rriżenja minn Alternattiva Demokratika minħabba dawk li fisser bħala “differenzi bejnu u l-Kumitat Eżekuttiv tal- Alternattiva” dwar l-abort. Il-kwistjoni qamet nhar il-Ġimgħa li għadda bil-Professur Cassola jirreaġixxi għal…

Qorti

Ingħata l-libertà proviżjorja ż-żagħżugħ Libjan kunsidrat li kien il-moħħ wara l-ħtif ta’ ajruplan li tniżżel Malta jumejn qabel il-Milied tal-2016. Soko Moussa Shaha Ali ilu miżmum arrestat il-ħabs minn dakinhar….

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wiegħed li gvern nazzjonalista ser jara li Għawdex ikun meqjus bħala gżira reġjun fil-kostituzzjoni biex l-Għawdxin ikollhom il-poter jiddeċiedu fuq il-ħtiġijiet tagħhom. Huwa…

Aktar