Iffirmat ftehim ta’ koperazzjoni fil-qasam sportiv bejn Malta u ċ-Ċina

Dalgħodu ġie iffirmat ftehim bejn is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius u l-Viċi President tal-Amministrazzjoni tal-Isport taċ-Ċina, Feng Jianzhong għal koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam sportiv.

Il-Memorandum of Understanding jinkludi fost oħrajn skambju ta’ coaches f’ċerti oqsma sportivi. Permezz ta’ dan il-ftehim, Malta se tkun qed tassisti liċ-Ċina fl-introduzzjoni ta’ sport tradizzjonali Ċiniż f’Malta, bħal Wushu, Dragon Boat racing, Chinese Chess u Weiqi fost oħrajn.

Barra minn hekk permezz ta’ dan il-ftehim Malta qablet li tipprovdi faċilitajiet lill-atleti Ċiniżi li jieħdu sehem f’avvenimenti sportivi fl-Ewropa u fl-Afrika ta’ Fuq.

Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li dan il-ftehim huwa pass ieħor fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali li diġa’ stabbilixxew iż-żewġ pajjiżi.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Rappreżentanti tal-PN ħawlu 55 siġra f’Wied Għollieqa immaniġġjat mill-għaqda Nature Trust, fl-okkażjoni tal-55 sena mill-kisba tal-Indipendenza. Is-siġar li tħawlu huma tal-ħarrub, taż-żebbuġ, taż-żnuber, tal-alaternu, tar-rihan, ta’ klin u taċ-ċipress. Il-Kap…

Festi

Fid-dawl tal-każ tal-Kappillan Deo Debono li qed jiġi implikat fis-serqa ta’ arti sagra, is-sagristan tal-parroċċa kkonferma ma’ TVM li l-festi esterni ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta tħassru. Ikkuntattjat minn TVM,…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jemmen li l-Ewroparalamentari Nazzjonalisti ser jimxu mad-direzzjoni tal-partit u jivvutaw favur in-nomina ta’ Helena Dalli bħala Kummissarju Ewropew fl-aqwa interess tal-pajjiż. Intervistat ilbieraħ filgħaxija fid-Dar…

Aktar