Lokali
AĠĠORNAT: Iffirmat il-ftehim kollettiv għall-Cabin Crew tal-Air Malta

Issiġillat it-tieni ftehim minn ħamsa għall-ħaddiema tal-Air Malta hekk kif il-kumpanija u l-Union tal-Cabin Crew iffirmaw ftehim kollettiv għal ħames snin.

It-tmexxija tal-Air Malta qed tistinka biex il-ftehim kollettivi kollha jingħalqu dan ix-xahar, biex mis-sena d-dieħla tiffoka fuq il-pjan kummerċjali tagħha, li tgħid għandu l-għan li l-Air Malta terġa’ ssir vijabbli.

Waqt l-iffirmar tal-ftehim, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li l-ħaddiema tal-cabin crew, li bħalissa qed jaħdmu part-time, se jkollhom l-opportunità li jsiru tal-post bil-pjani għaż-żieda fir-rotot u fit-titjiriet tal-linja nazzjonali.

Il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta ffirmat ftehim kollettiv mal-Union tal-Cabin Crew. Il-ftehim, li huwa għal ħames snin, ikopri madwar 250 impjegat.

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, fisser dan il-ftehim bħala kruċjali għall-Air Malta u għall-ħaddiema għax qal li se jsarraf f’aktar opportunitajiet ta’ xogħol. “Is-sena d-dieħla se nżidu mal-2,000 titjira u se jkollna bżonn aktar cabin crew u se jkun hemm aktar opportunitajiet biex ħaddiema li kienu part time isiru full time,” qal il-Ministru Mizzi.

Il-President tal-Union tal-Cabin Crew, Noel Mercieca qal li dan il-ftehim approvawh 71% tal-membri. “Serħan tal-moħħ għall-ħaddiema li kull ħaddiema li jixtieq jibqa’ cabin crew se jibqa’ jkollu l-impjieg tiegħu u dħul tiegħu garantit għal 5 snin li ġejjin.”

Iċ-Chairman tal-Air Malta, Charles Mangion, qal li dan il-ftehim se jsarraf f’żieda ta’ 20% fil-pagi għall-ħaddiema b’impenn li tiżdied il-flessibbiltà tant meħtieġa biex il-kumpanija ma tkomplix tagħmel telf. “L-aktar importanti hi l-cabin crew tinżel minn 5 għal 4. X’jiġifieri? Skont ir-regoli internazzjonali, 1 cabin crew for every 50 seats, allura jiġu 1 għal 4.”

Il-Ministru Mizzi qal li t-taħditiet mal-GWU fuq il-ħaddiema tar-rampa waslu biex jiġu fi tmiemhom u mal-union tal-piloti se jissoktaw il-ġimgħa d-dieħla.

Ara wkoll:

Il-ħaddiema tar-rampa tal-Air Malta vvutaw favur il-ftehim kollettiv

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-qorti ordnat kumpens ta’ €463,465 għal tfajla li spiċċat fuq siġġu tar-roti wara inċident fil-Qawra. It-tfajla; Vladyslava Kravchenko, disa’ snin ilu kienet f’party ħdejn Fra Ben, meta l-apparat tad-dawl waqa’…

Lokali

Mara ta’ 68 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 fi Triq Birkirkara. Il-Pulizija marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’…

Lokali

Bil-festini tal-Milied jinsabu fl-aqwa tagħhom, għadd ta’ entitajiet ngħaqdu flimkien f’kampanja preventiva biex min se jixrob ma jsuqx għax fi kliemhom il-ħajja mhijiex logħba. Il-ħajja mhix logħba . . ….

Lokali

L-MUT u l-MCAST se jkomplu jitkellmu sabiex tinstab soluzzjoni Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, issospendiet id-direttiva biex nhar il-Ġimgħa jsir strajk ta’ ġurnata mill-għalliema fl-MCAST minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-ftehim kollettiv…

Aktar