Lokali
Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv ġdid fi kważi 30 sena għall-ħaddiema tas-servizzi korrettivi

Ġie ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tas-servizzi korrettivi. Dan il-ftehim hu dritt ġdid għall-uffiċjali korrettivi li jsegwi oħrajn li ngħataw, fosthom 25 sena servizz u ċ-ċans li l-ħaddiema jissieħbu f’union tal-għażla tagħhom.

Fl-iffirmar tal-ftehim, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri qal li jinsab sodisfatt li dan jagħlaq ċiklu li fih il-ħaddiema kollha tal-Forzi tal-Ordni se jkunu gawdew minn ftehimiet kollettivi ġodda.

Il-Ministru Camilleri qal li din is-sena l-Gvern investa €15-il miljun fi kważi 5,000 ħaddiema tal-korpi dixxiplinati għaliex jemmen li l-ħaddiema huma kruċjali għat-tisħiħ tas-sigurtà f’pajjiżna.