Qorti
Iffissa fuqha u mar iħabbtilha f’nofs ta’ lejl għax xtaq ftit intimità magħha

Raġel li ffissa fuq mara u ffastidjaha meta mar iħabbtilha l-bieb tad-dar f’nofs ta’ lejl ingħata sentenza sospiża wara li l-vittma spiċċat irtirat ir-rapport li għamlet lill-Pulizija.

Roderick Farrugia ta’ 37 sena minn Santa Luċija m’ammettiex il-11-il akkuża miġjuba kontrieh, fosthom li ffastidja lil Alexandra Chetcuti u rreżista l-arrest bi vjolenza kif ukoll li darab ħafif uffiċjal tal-Pulzija, kiser il-bon ordni u l-paċi pubblika, m’obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija, u li huwa riċediv.

Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn l-4 u l-5 ta’ Ġunju ta’ 5 snin ilu f’Raħal Ġdid meta Chetcuti rrappurtat lil Farrugia bit-telefown lill-Għassa ta’ Raħal Ġdid li ried jidħol f’darha u hi ma riditux.  Il-Pulizija marru fuq il-post biex jikkalmawh wara li rriżulta li l-akkużat xtaq li jkollu relazzjoni intima ma’ Chetcuti  li kienet tiġi omm ħabib tiegħu, iżda hi ma riditx.

X’ħareġ fil-Qorti?

Fil-Qorti ħareġ li l-Pulizija wissewh biex ma jersaqx lejha jew lejn id-dar tagħha, inkella kien se jiġi arrestat.  Iżda wara nofs siegħa Chetcuti reġgħet ċemplet lill-Pulizija li Farrugia reġa tfaċċa wara darha u ħabbtilha biex tiftaħlu.

Il-Pulizija reġgħu marru fuq il-post u malli nduna li kien se jiġi arrestat, ir-raġel sar aggressiv mal-Pulizija u rreżista l-arrest waqt li kien qed jiġi mmanettjat.  Wieħed mill-uffiċjali tal-RIU ndarab ħafif waqt l-arrest.  L-akkużat tant kien aggressiv li kellu jintuża taser gun.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja, qalet li l-prosekuzzjoni rnexxielha tipprova l-ewwel akkuża, li l-akkużat kien qed jiffastidjalil Chetcuti minħabba l-fissazzjoni li kellu fuqha li hi qatt ma rrikambjat.

Iżda l-Qorti qalet li ma kienx hemm biżżejjed provi dwar l-akkużi l-oħra minħabba li l-prosekuzzjoni qatt ma kkwalifikat il-ħin eżatt meta seħħew l-affarijiet l-oħrajn.  Dwar ir-riċedività, din ma tistax tiġi applikata minħabba li kienu għaddew iktar minn 5 snin mindu l-akku’at wettaq reat ieħor u laħaq skonta s-sentenza.

Jinstab ħati ta’ fastidju

Għaldaqstant, il-Qorti sabet lil Roderick Farrugia ħati biss ta’ fastidju u ġie lliberat mill-10 akkużi l-oħra.  Huwa ġie kkundannat 3 xhur ħabs sospiżi għal sena.

Inħarġet ordni ta’ protezzjoni ta’ 3 snin fuq Alexandra Chetcuti, binha Miguel u l-familja tagħhom u ordnat lil Farrugia biex ma jersaqx lejhom, la jmur lejn darhom u wisq inqas jikkuntattjahom.

Il-Qorti wissiet lil Farrugia li jekk jikser dawn il-kundizzjonijiet impostu fuqu, jista’ jeħel sa sentejn ħabs u/jew multa ta’ €7,000.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici. Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza…

Lokali

Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa, is-simbolu Malti li jirrappreżenta l-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar. Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan…

Knisja Maltija

Nhar is-Sibt li ġej 4 djakni djoċesani se jiġu ordnati saċerdoti.  L-ordinazzjoni presbiterali se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am. L-4 saċerdoti ġodda huma Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl…

Lokali

Illum, il-President ta’ Malta George Vella jagħlaq 77 sena u qed iqatta’ għeluq sninu flimkien mal-atleti tal-basketball b’abbiltajiet imħallta. L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Malta Basketball Association, Malta Wheelchair Basketball, Aġenzija…

Aktar