Lokali
FILMAT: Iħabbar eċċezzjoni biex l-ilbies tal-maskli fuq il-bajjiet ma jibqax inforzabbli

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa qal li se ssir eċezzjoni biex fuq il-bajjiet l-użu tal-maskra ma jibqax infurzabbli bil-liġi.

Għalkemm qal li dan huwa rrakkomandat Dr Fearne qal li maskra mxarrba mhix prattika u għalhekk se tkun qed issir din l-eċezzjoni.

Huwa qal li l-użu tal-maskri jibqa’ obbligatorju għaliex dan qed jgħin biex il-pajjiż jerħi miżuri oħrajn bħal ma ħabbar aktar kmieni fl-istess konferenza tal-aħbarijiet.