Kurżitajiet
Iħaddmu lit-tfal sigħat żejda biex ilaħħqu mad-domanda tal-iPhone X

Il-kumpanija Foxconn li tiprodduċi l-prodotti tal-Apple waqqfet grupp ta’ 6 studenti li kienu qed jaħdmu ħafna sahra fil-fattorija ġewwa iċ-Ċina b’mod illegali.

Dan ħareġ wara li deher rapport fil-Financial Times, fejn instab li kważi 6 studenti ħadmu 11–il siegħa kuljum biex jipproduċu l-iPhone X.

Din il-prattika kissret il-liġi Ċiniża li tipprevjeni li tfal ma jaħdmux aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa.

Madwar 3,000 studenti kienu rraportati li qed jaħdmu fl-impjant ta’ Zhengzhou. Il-kumpanija Apple qallet li tfal tas-sekondarja ħadmu hemmhekk b’mod volontarju iżda mhux suppost ħadmu aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa. Kemm Foxconn kif ukoll Apple qalu li l-istudenti kienu ġew ikkumpensati u qed jingħatawlhom benefiċċji.

Fi stqarrija l-kumpnija Apple qalet li hi tara li kull min jaħem magħha jkunu ttrattati b’dinjità  u b’rispett li ħaqqhom.Kompliet tgħid li tul il-ħidma tagħha se tara li tkompli tipproteġi lill-ħaddiema.

Foxconn li topera l-programm tal-apprendistati fil-fattorijja Ċiniża qalet mal-BBC li huma ħadu passi immedjatament biex ikunu ċerti li l-ebda studenti tas-sekondarja m’huma jaħdmu sigħat żejda. Żiedet tgħid li l-istudenti ġew impjegati f’Settembru li għadda biex ilaħħqu mad-domanda tas-suq għall-iPhone X. Stqarret li hi ma tħaddimx daqshekk studenti b’mod regolari.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet, Lokali

Robert G nieda kanzunetta ġdida It’s How We Grow. Il-kliem u mużika tal-kanzunetta rock huma ta’ Charles Paletti Muscat. Il-kanzunetta hija ddedikata għan-nies kollha b’messaġġ li tista’ twettaq il-ħolma tiegħek,…

Barranin, Kurżitajiet

Studju sab rabta bejn it-taħriġ fiżiku u s-saħħa mentali. L-istudju sab li t-taħriġ għandu effetti pożittivi fuq il-moħħ. Skont ir-riċerka mill-Università ta’ Limerick li wieħed jerfa’ l-weights inaqqas is-sintomi tad-dipressjoni….

Barranin, Kurżitajiet

Jekk tiekol waħdek qed f’riskju li tħossok imdejjaq. Riċerka sabet li waħda mill-akbar kawżiet għala wieħed iħossu mdejjaq hi li jiekol waħdu. Ir-riċerkaturi stħarrġu mat-8,000 adult fejn sabu li l-kuntentizza…

Kurżitajiet

Fil-Ġappun, il-brama hija meqjusa bħala speċjalità. Riċerkaturi Daniżi ħadu spunt mit-tradizzjoni kulinarja Ġappuniża fejn qed jipprovaw jipperfezzjonaw ‘snack’ ġdida magħmula mill-bram. Ir-riċerkaturi Daniżi qed jaraw kif se jikkonvertu t-tentakoli tal-bram…

Aktar