Sport
Iħalli Malta biex jitħarreġ fil-wrestling u jipparteċipa f’kompetizzjonijiet madwar id-dinja

Il-wrestling għal bosta jidher sports goff iżda għal Wayne Pace beda jsegwi l-isport tar-wrestling minn età żgħira, sakemm sar atleta professjonali. Il-wrestling huwa dixxiplina sportiva bir-regoli tagħha saħansitra ta’ ħarsien kontra korrimenti serji. Għal Wayne Pace, huwa parti min ħajtu u saħansitra tħarreġ għalih f’wieħed mill-aktar pajjiżi magħrufa għal dan l-isport.

Għal Wayne Pace, il-wrestling huwa l-passjoni ta’ ħajtu. Fi tfulitu segwa dan l-isport fuq it-televixin u l-għatx biex jitħarrġu ħadu l-Ingilterra billi f’Malta ma kienx hawn fejn jitħarreġ professjonalment.

Wara erba’ snin ta’ taħriġ u kompetizzjonijiet, Wayne reġa’ lura Malta biex jaqsam dak li tgħallem m’atleti b’passjoni f’dan l-isport permezz ta’ Pro Wrestling Malta. Bejn impenn u ieħor fix-xena lokali, huwa pparteċipa f’numru ta’ kompetizzjonijiet fi 12-il pajjiż fosthom fl-Amerka. Iżda l-esperjenza ta’ tliet xhur fil-Ġappun għallmitu mhux biss jikber fl-isport iżda jkabbar ukoll qoxra fil-personalità tiegħu.

Wayne Pace qal “li tkun ‘il bogħod mill-familja. Dejjem on the road. Torqod lejl u nhar f’lukandi differenti. You’re living out of your luggage. Waqt li qiegħed on the road, trid tiekol tajjeb, trid issib ċans biex titħarreġ. You need to fight injuries li għandek u fl-aħħar mill-aħħar you need to work għax għandek ix-shows tar-wrestling”.

F’waħda mis-sessjonijiet ta’ taħriġ, stajna ninnutaw kuntatt fiżiku kontinwu bejn l-atleti. Wayne qal li bħal f’kull sport ieħor, is-saħħa u s-sigurtà huma ta’ prijorità għall-atleta u l-avversarju tiegħu minkejja li dan l-isports jidher ftit goff.

Wayne Pace qal “kull min jibda jipprattika dan l-isport, l-ewwel ħaġa li jitgħallem kif jikkontrolla his body u nipproteġu lilna nfusna. Għalhekk bħalma rajna hawn ħafna tisbit. Dak aħna ngħidulhom break falls bumps – nitgħallmu kif nipproteġu lilna nfusna biex meta naqgħu nweġġgħu l-inqas possibbli. ”

Kirill Micallef Stafrace, tabib li jispeċjalizza fil-mediċina sportiva, jemmen li dan l-isport mhux biss jgħin lill-individwu jiżviluppa dixxiplina fl-isport iżda wkoll fil-ħajja personali. Qal li minkejja li l-wrestling huwa sport b’ħafna kuntatt fiżiku, jekk l-atleta jsegwi struzzjonijiet professjonali jnaqqas il-possibiltà li jsoffri ġrieħi.

Kirill Micallef Stafrace qal “jekk ma tridx tweġġa’ fl-isports mur ilgħab iċ-chess. M’hemm xejn ħażin – jien nilgħab iċ-chess ħa nagħmluha ċara. La huwa full contact sports hemm ir-riskju ta’ injuries. Biex tgħaxxaqha hemm il-weight categories. Ta’ spiss, l-atleta jkollu jonqos biex jagħmel il-weight biex ikun jista’ jikkompeti fil-kategorija tiegħu. Li huwa importanti li jżommu l-piż tajjeb s-sena kollha għax jekk tipprova togħlob f’salt tkabbar iċ-ċans ta’ injuries.”

It-tabib Micallef Stafrace qal li għalkemm ma jkunx hemm ħafna każijiet serji, l-aktar ġrieħi komuni li jsofru l-atleti tal-wrestling huma fis-swaba’, l-għekiesi, l-għonq u d-dahar.

Pro Wrestling Malta se tkun qed ittella’ show nhar it-3 ta’ Novembru. Aktar dettalji hawn.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Armata nediet skema ġdida ta’ part-timers għall-membri li jirtiraw mill-forza regolari. Fi stqarrija, l-Forzi Armati qalu li din l-iskema se tinfetaħ għall-membri li waslu għall-proċess ta’ irtirar u anke għal eks membri li m’ilhomx iktar minn tliet snin…

Qorti

Raġel Għawdxi ħareġ illiberat mill-akkużi li kien qed jonsob bi xbieki illegali waqt li l-istaġun tal-insib kien magħluq. Matthew Buttigieg ta’ 27 sena min-Nadur ma nstabx ħati mill-Qorti t’Għawdex li…

Lokali

Il-UĦM Voice of the Workers espremiet it-tħassib tagħha dwar il-kundizzjonijiet tad-dentisti fis-servizz pubbliku li bħalissa qed isegwu direttivi industrijali. Il-kap Eżekuttiv tal-UĦM, Josef Vella qal f’konferenza tal-aħbarijiet li l-UHM ilha…

Turiżmu

Stħarriġ tal-MHRA wera li aktar min-nofs it-turisti jiġu Malta għax-xemx u l-baħar. Matul is-sajf li għadda ġew Malta mad-900,000 turist. Dan ifisser żieda ta’ 13.3% meta mqabbel mas-sajf tas-sena l-oħra….

Aktar