Qorti
Iħażżeż fuq ħajt f’Tignè biex jagħti sorpriża lil martu

Raġel ta’ 47 sena ammetta quddiem il-Qorti li ħażżeż graffiti fil-ponta ta’ Tignè nhar is-Sibt li għadda.

Ahmet Acar, Tork ta’ 47 sena li joqgħod Tas-Sliema u jaħdem bħala technician, ammetta li għamel ħsara fi proprjetà pubblika, billi pinġa graffiti fuq ħajt fil-ponta ta’ Tigne tas-Sliema, għad-dannu tal-Kunsill Lokali tas-Sliema.

L-Ispettur Bernardette Valletta qalet li l-imputat kellu xi jgħid mal-mara tiegħu u ried jagħtiha sorpriża bi stqarrija pubblika fuq ħajt ta’ proprjetà pubblika.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello semgħet lir-rappreżentant ta’ Taka Construction f’Malta, li timpjega lill-imputat, jiddikjara li l-kumpanija se tobbliga ruħha li twettaq ix-xogħol meħtieġ biex tirranġa l-ħsara fi żmien ġimgħa mil-lum.

Il-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx għal dan l-arranġament u lanqas il-Kunsill Lokali. Il-Qorti għalhekk illiberat lil Acar bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.

Għall-akkużat deher l-Avukat Jean Luca Caruana Curran.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Pulizija

Għall-ewwel darba sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Korp tal-pulizija ser ikollu flotta ta’ vetturi ġodda fid-distretti. Il-Korp, illum inawgura ħamsin vettura ġdida u sitt segways li se jintużaw l-aktar fiż-żoni pedonali…

Aktar