Qorti
Iħebb għal raġel b’arma bil-ponta f’bar fil-Ħamrun

Jesmond Zammit ta’ 55 sena mill-Marsa ammetta li ħebb għal raġel ieħor b’arma bil-ponta f’bar fil-Ħamrun.

Huwa kien akkużat li kkaġġuna feriti ħfif u inġurja lir-raġel.

L-aggressjoni seħħet matul il-lejl li għadda.

L-imputat ammetta l-akkużi kontrih, bil-Qorti tikkundannah sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin.