Qorti
Iħebb għall-Pulizija waqt li kien ħiereġ mill-Qorti

Marlon Baldacchino ta’ 19-il sena li joqgħod Ħaż-Żabbar u ġuvni ta’ 16-il sena minn Bormla nżammu arrestati wara li ma ammettewx l-akkużi miġjuba kontrihom fosthom li serqu vettura li kellha pjanċi ta’ reġistrazzjoni foloz u saqu b’manjiera traskurata.

Baldacchino kien akkużat li wettaq ħsara fil propjetà ta’ ħaddieħor u li kkaġuna feriti serji fuq passiġġiera li kienet riekba miegħu meta b’sewqan traskurat ħabat.

Kif spiċċat is-seduta u l-akkużati nħarġu fil-kuruturi tal-Qorti nqala’ kjass kbir għax Baldacchino ħebb għal spettur tal-Pulizija. Is-sitwazzjoni kienet ikkontrollata bl-intervent tal-Pulizija, bl-akkużat jittieħed lejn il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Xufier ħabat meta pprova jaħrab mill-pulizija – tfajla tweġġa’ gravi, 4 arrestati

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-aħħar 24 siegħa ma kien irreġistrat ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta. Fuq Twitter Dr Fearne qal li “għax qbadna…

COVID-19

It-tabib tal-emerġenza, Michael Spiteri esprima d-diżżapunt tiegħu fuq il-media soċjali għall-fatt li lbieraħ filgħaxija partitarji tal-Floriana inġabru f’attività tal-massa fuq il-Fosos, sabiex jiċċelebraw id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol li vvutaw…

Aktar