Politika
Iħeġġeġ lill-AĠ jagħti prijorità lill-investigazzjoni dwar l-użu ta’ fondi pubbliċi mill-Ministri u Segretarji Parlamentari

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kiteb lill-Awditur Ġenerali li hu qed jifhem li l-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali se jwettaq investigazzjoni b’rabta mal-konklużjonijiet li wasal għalihom il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika fuq użu ta’ fondi pubbliċi sabiex saru reklami tal-paġni ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari fuq il-mezzi soċjali tagħhom.

Dr Delia ħeġġeġ lill-Awditur sabiex jagħti prijorità lil din l-investigazzjoni bil-għan li l-mijiet ta’ eluf ta’ ewro li qal intefqu b’mod abbużiv jitreġgħu lura lill-poplu.

PN Ittra Awditur Generali

Aħbarijiet Oħra

Sirjan ta’ 53 sena li jgħix Buġibba, baqa’ miżmum arrestat wara li l-Qorti se tagħti digriet dwar il-ħelsien mill-arrest tiegħu nhar it-Tnejn li ġej. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, kompla…

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19…

L-MUT laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern=li l-istudenti jidħlu lura l-iskola bejn is-7 u l-14 t’Ottubru, minflok fit-30 ta’ Settembru. Fi stqarrija l-MUT qalet li kienet talbet għal dan il-posponiment biex l-iskejjel ikollhom…

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar li, filwaqt li l-edukaturi se jidħlu lura għax-xogħol fit-28 ta’ Settembru kif skedat, l-istudenti se jibdew jidħlu lura mis-7 t’Ottubru. L-istudenti tal-istat tal-età obbligatorja se…

Aktar