Kultura
Iħeġġu biex terġa’ taqbad it-tradizzjoni tal-karnival fiż-Żejtun

Għalkemm il-moderniżmu huwa spiss l-ikbar għadu tat-tradizzjonijiet, jidher li t-tradizzjoni tal-karnival għalkemm għal xi żmien kienet bdiet tnin, għandha għeruq fondi u qed terġa’ taqbad f’bosta rħula. Iż-Żwieten barra li huma magħrufa għal għana folkloristiku kienu magħrufa sew għal karnival.

Charles Seychell, Żejtuni li għandu għal qalbu l-folklor rrakkonta ma’ Television Malta x’kien isir madwar ħamsin sena ilu.

“It-tradizzjoni kienet li meta t-Tlieta, bħal lum waqt li llum ikunu niżlin lejn id-dar biex il-karru jżarmawh kienu jiltaqgħu f’tarf iż-żejtun il-banda kienet idoqq u kienet tkun atmosfera sabiħa ħafna.”

Is-Sur Seychell spjega li l-Karnival taż-Żejtun kellu aspetti uniċi nkluż maskli li ma tantx hawn tagħrif dwarhom.

“Kien hemm persuna li jagħmel ċertu maskli, tax-xemx il-qamar u tax-xitan u tal-mewt, kien jagħmilhom ċertu wieħed Ġużeppi Caruana, il-Katutu d-disinja l-forom għal dak iż-żmien bil-ġebel.”

Rupert Delia, iben il-mibki Nenu, meqjus wieħed mill-aqwa artisti tal-Karnival, ħeġġeġ biex it-tradizzjoni tal-aħħar tal-karnival terġa’ tingħata l-ħajja.

“Ovvjament bħalma qed isir f’kull parti f’Malta u Għawdex tkun xi ħaġa sabiħa li għal barranin li jiġu kif ukoll għar-residenti Żwieten li jerġa’ jkollhom festa oħra.”

Is-Sur Seychell qal li meta semmi l-karnival ma tistax taqta’ barra liż-Żejtun u partikolarment lil Nenu Delia li ta’ kull sena kien idaħħal innovvazzjoni fil-karnival. L-artistrija tas-Sur Delia u t-tradizzjoni tal-karnival ġiet diskussa jumejn ilu f’taħdita pubblika li ħejjiet l-għaqda Wirt iż-Żejtun.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Claudio Grech ippropona li l-għajnuna li ħabbar il-Gvern għal setturi li ntlaqtu mill-pandemija tkun estiża lill-ħaddiema kollha li ntlaqtu mill-imxija. Ippropona ukoll…

Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

Aktar